ISSN 1725-5015

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

C 143A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 47
27 ta' Mejju 2004


Werrej

Paġna

 

III   Avviżi

 

Il-Kumitat tar-Reġjuni

2004/C 143 A/01

Avviż ta' reklutaġġ Nru CDR/A/18/04

1


 


 

(*1)   Din il-Ħarġa Speċjali bil-Malti hija ppubblikata bil-lingwi Uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fil-ĠU C 143 A.

MT

 


III Avviżi

Il-Kumitat tar-Reġjuni

27.5.2004   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CA 143/1


AVVIŻ TA' REKLUTAĠĠ NRU CDR/A/18/04

(2004/C 143 A/01)

DIRETTUR (M/F)

tad-Direttorat għal Xogħol Konsultattiv, Inter-istituzzjonali u Relazzjonijiet Esterni

(Kategorija A*, Grad A*15)

1.   Post Vakanti

Il-Kumitat tar-Reġjuni iddeċieda li jibda l-proċedura għar-reklutaġġ ta' Direttur (Kategorija A*, Grad A*15) skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti dwar l-Impjegati.

Il-post huwa ta' kap tad-Direttorat għal Xogħol Konsultattiv, Inter-istituzzjonali u Relazzjonijiet Esterni.

Skond ir-Regola 62 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-awtorità li taħtar dan il-post hija il-Bureau tal-Kumitat tar-Reġjuni, li jaġixxi fuq proposta mingħand is-Segretarju-Ġenerali.

2.    DMIRIJIET

Taħt l-awtorità tas-Segretarju-Ġenerali, id-Direttur jmexxi direttorat li jassigura, skond il-qafas tal-proċess leġislattiv Ewropew, l-implimentazzjoni tat-termini ta' referenza attribwiti lill-Kumitat tar-Reġjuni mit-Trattati Ewropej. Id-Direttur huwa responsabbli, b'mod partikolari, għal:

l-organiżżazzjoni tax-xogħol tad-diversi kummissjonijiet speċjaliżżati li jippreparaw ix-xogħol bażiku in konnessjoni mar-referenzi magħmula mill-Kumitat, is-superviżjoni tas-segretarjati ta' dawn il-kummissjonijiet u s-superviżjoni tal-kontenut ta' dan ix-xogħol f'pożizzjonijiet addottati mill-Kumitat, waqt li jiżgura li jkun hemm konsistenza bejn ix-xogħol tad-diversi kummissjonijiet,

bidu u tkomplija ta' relazzjonijiet ma' l-istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħra fid-dawl tar-rwol konsultattiv tal-Kumitat; jassigura r-relazzjonijiet esterni tal-Kumitat,

l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji annwali u multi-annwali għall-iżvilupp tax-xogħol tal-kummissjonijiet; l-ippjanar tax-xogħol fid-dawl ta' l-iskedi ta' xogħol ta' l-istituzzjonijiet l-oħra, b'mod partikolari dawk li jikkonsultaw mal-Kumitat,

iż-żamma ta' l-aqwa linji ta' kommunikazzjoni mal-membri tal-Kumitat, fil-qafas tat-termini ta' referenza tad-direttorat, fid-dawl tas-sħubija tagħhom fid-diversi kummissjonijiet u r-responsabbilitajiet taċ-chairmen tal-kommissjonijiet, il-gruppi politiċi u d-delegazzjonijiet nazzjonali,

il-kontribuzzjoni, fil-qafas tat-termini ta' referenza tad-direttorat, għall-preparazzjoni u implimentazzjoni tax-xogħol tal-korpi interni kollha tal-Kumitat: il-presidenza, l-assemblea plenarja, il-bureau u l-kummissjonijiet,

l-amministrazzjoni tar-riżorsi li jiġu mill-baġit u riżorsi finanzjarji tad-direttorat; l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani bħala kap ta' grupp ta' ħaddiema li jaħdmu flimkien.

3.    ĦTIĠIJIET

A.    Ħtiġijiet ġenerali

Il-kandidati għandhom:

ikunu ċittadini ta' wieħed mill-iStati Membri ta' l-Unjoni Ewropea,

ikunu jibbenefikaw mid-drittijiet kollha bħala ċittadini,

ikunu qdew kull obbligazzjoni li tikkonċerna s-servizz militari imposta mill-liġi,

jipproduċu dik ir-referenza dwar il-karattru tagħhom li hija neċessarja għall-qadi tad-dmirijiet konċernati.

B.    Ħtiġijiet speċjali

Lawrija univiersitarja jew esperjenza professjonali ekwivalenti,

Ta' l-anqas 15 il-sena esperjenza professjonali,

Tagħrif fil-fond dwar l-istruttura u l-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha, partikolarment dwar ir-relazzjonijiet inter-istituzzjonali u l-Kumitat tar-Reġjuni,

Esperjenza wiesa' amministrattiva u l-abbilità li jaqdi dmirijiet skond il-metodi tax-xogħol ta' korp konsultativ tal-Kommunitajiet Ewropej;

Tagħrif fil-fond tad-diversi oqsma ta' attività ta' l-Unjoni Ewropea u tat-tħaddim ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali ta' l-iStati Membri,

Tagħrif fil-fond ta' waħda mill-lingwi uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea (1) u l-għarfien tajjeb ta' lingwa oħra minn dawn. Jittieħed in konsiderazzjoni l-għarfien ta' lingwi uffiċċjali oħra,

Il-kandidati jintgħażlu mingħajr distinzjoni rigward razza, twemmin politiku, filosofiku jew reliġjuż, sess jew orjentazzjoni sesswali u mingħajr referenza għall-istat maritali jew is-sitwazzjoni familjari. Il-Kumitat tar-Reġjuni hija organiżżazzjoni li tħaddem fuq bażi ta' opportunitajiet indaqs.

4.    APPLIKAZZJONIJIET

Il-Kandidati huma mitluba jibgħatu l-applikazzjonijiet tagħhom permezz tal-posta reġistrata lis-Segretarjat tad-Direttur ta' l-Amministrazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, Rue Montoyer 92-102, B-1000 Brussel, sa mhux aktar tard mis- 7 ta' Lulju 2004.

Curriculum vitae dettaljat u kull dokumenti relattiv ieħor għandhom jiġu mehmuża ma' l-applikazzjoni.


(1)   Il-lingwi offiċjali ta' l-Unjoni Ewropea huma: Iċ-Ċekk, id-Deaniż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Lithuanian, il-Malti, il-Polakk, is-Slovakk, is-Sloven, l-Ispanjol, u l-Isvediż.