Drittijiet tal-passiġġieri tal-karozzi tal-linja u tal-kowċis

Il-passiġġieri, inklużi dawk b’diżabilità jew b’mobbiltà mnaqqsa, li jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja u bil-kowċis, igawdu l-istess drittijiet kull fejn jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea (UE). Dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt għall-informazzjoni jew għal kumpens fil-każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni, jikkumplimentaw drittijiet simili għall-passiġġieri tal-baħar u tal-passaġġi tal-ilma interni, tal-ajru u tal-ferrovija.

ATT

Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004

SOMMARJU

Il-passiġġieri, inklużi dawk b’diżabilità jew b’mobbiltà mnaqqsa, li jivvjaġġaw bil-karozza tal-linja u bil-kowċis, igawdu l-istess drittijiet kull fejn jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea (UE). Dawn id-drittijiet, inkluż id-dritt għall-informazzjoni jew għal kumpens fil-każ ta’ dewmien jew kanċellazzjoni, jikkumplimentaw drittijiet simili għall-passiġġieri tal-baħar u tal-passaġġi tal-ilma interni, tal-ajru u tal-ferrovija.

X’JAGĦMEL DAN IR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament jistabbilixxi regoli għat-trasport bil-karozzi tal-linja u bil-kowċis rigward servizzi regolari* għall-passiġġieri li jivvjaġġaw fl-UE għal distanzi ta’ 250 km jew aktar. Uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw għas-servizzi kollha, inklużi dawk ta’ distanza iqsar.

PUNTI EWLENIN

Fir-rigward tas-servizzi b’distanza twila, jiġifieri ta’ aktar minn 250 km, ir-Regolament jipprevedi:

Barra minn hekk, għal distanzi ta’ inqas minn 250 km, ir-Regolament jipprevedi:

Ir-Regolament jipprevedi l-għażla ta’ eżenzjonijietgħal servizzi regolari domestiċi u għal servizzi regolari fejn parti sinjifikanti tiġi operata barra mill-UE.

META JAPPLIKA DAN IR-REGOLAMENT?

Mill-1 ta' Marzu 2013.

SFOND

Is-sit elettroniku tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-karozzi tal-linja u tal-kowċis

Wara t-tifqigħa tal-COVID-19 u l-introduzzjoni ta’ miżuri biex tindirizza l-impatt tal-kriżi, il-Kummissjoni Ewropea adottat:

TERMINI EWLENIN

*servizzi regolari: servizzi ordinarji bil-karozzi tal-linja u bil-kowċis li jġorru l-passiġġieri tul rotot speċifikati b’punti ta’ ġbir/waqfien stabbiliti minn qabel.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011

20.3.2011

-

ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1-12

l-aħħar aġġornament 02.06.2020