Assigurazzjoni u riassigurazzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2009/138/KE dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Magħrufa bħala Solvibbiltà II, tirrikjedi li kumpaniji tal-assigurazzjoni jżommu biżżejjed riżorsi finanzjarji. Tistabbilixxi wkoll regoli ta’ ġestjoni u sorveljanza.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tkopri assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, assigurazzjoni fuq il-ħajja u kumpaniji ta’ assigurazzjoni mill-ġdid.

Awtorizzazzjoni

Kumpanija tal-assigurazzjoni tista’ tmexxi l-attivitajiet tagħha wara li tkun kisbet awtorizzazzjoni minn superviżur fil-pajjiż tagħha. L-awtorizzazzjoni tkun valida madwar l-UE.

Rekwiżiti kapitali

Kumpaniji tal-assigurazzjoni jkollhom iżommu kapital b’relazzjoni mal-profil tar-riskju tagħhom, sabiex jiggarantixxu li għandhom biżżejjed riżorsi finanzjarji li jifilħu għal diffikultajiet finanzjarji. Huma jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti kapitali:

Jekk kumpanija ma tirrispettax iż-żewġ ammonti ta’ kapital meħtieġa, is-superviżur għandu jieħu azzjoni.

Sistema ta’ ġestjoni tar-riskji

Sistema ta’ governanza adegwata

Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jistabbilixxu sistema ta’ governanza adegwata u trasparenti b’allokazzjoni ċara tar-responsabbilitajiet. Għandu jkollhom kapaċità amminstrattiva sabiex jiffaċjaw kwistjonijiet differenti inklużi ġestjoni tar-riskji, konformità mal-leġiżlazzjoni, u verifiki interni.

Valutazzjoni interna tar-riskju u s-solvenza

Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom jagħmlu l-valutazzjoni interna tar-riskju u s-solvenza (ORSA) tagħhom stess fuq bażi regolari. Dan jinvolvi l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tas-solvenza tar-riskju fir-rigward tal-profili tar-riskju tagħhom, kif ukoll il-konformità tagħhom mar-riżorsi finanzjarji meħtieġa.

Superviżjoni

Reviżjoni tas-superviżjoni

Il-leġiżlazzjoni tistipula “Proċess ta’ Reviżjoni tas-Superviżjoni” (SRP) li tippermetti lis-superviżuri illi jirrevedu u jevalwaw il-konformità tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni ma’ dawn ir-regoli. L-għan huwa illi s-superviżuri jingħataw l-għajnuna sabiex jidentifikaw kumpaniji li jistgħu jidħlu f’diffikultajiet. Kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom ukoll jiżvelaw l-informazzjoni pubblikament.

Superviżuri ta’ grupp

Kull grupp tal-assigurazzjoni — kumpanija li għandha entitajiet li jipprovdu servizzi f’pajjiż Ewropew wieħed jew aktar — għandu jkollha superviżur tal-grupp li jkollu responsabbiltajiet speċifiċi f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ superviżuri nazzjonali involuti.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2016.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1–155)

Emendi u korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2009/138/KE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal finijiet ta’ referenza.

DOKUMENTI RELATATI

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1542 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2015/35 dwar il-kalkolu ta’ rekwiżiti kapitali regolatorji għal diversi kategoriji ta’ assi miżmuma mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (korporattiva tal-infrastruttura) (ĠU L 236, 14.9.2017, pp. 14-21)

Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi qafas ġenerali għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata u li jemenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE u 2011/61/UE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 347, 28.12.2017, pp. 35-80)

Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs)(ĠU L 354, 23.12.2016, pp. 37-85)

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12 17.1.2015, pp. 1-797).

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għar-Regolament Delegat (UE) 2015/35 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal finijiet ta’ referenza.

Direttiva 2014/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE u 2009/138/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 153 22.5.2014, pp. 1-61)

Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data ta’ traspożizzjoni u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data ta’ tħassir ta’ ċerti Direttivi (Solvenza I) (ĠU L 341, 18.12.2013, pp. 1-3)

Direttiva 2012/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2012 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvibbiltà II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha u d-data tat-tħassir ta’ ċertu Direttivi (ĠU L 249, 14.9.2012, pp. 1-2)

Direttiva 2011/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Direttivi 98/78/KE, 2002/87/KE, 2006/48/KE u 2009/138/KE fir-rigward tas-superviżjoni supplimentari tal-entitajiet finanzjarji f’konglomerati finanzjarji (ĠU L 326, 8.12.2011, pp. 113-141)

l-aħħar aġġornament 05.10.2018