Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAL-KARTA?

Hija tħaddan fil-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) firxa ta’ drittijiet personali, ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali taċ-ċittadini u tar-residenti tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Kontenut

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) tafferma mill-ġdid, bl-attenzjoni dovuta għas-setgħat u l-kompiti tal-UE u l-prinċipju ta’ sussidjarjetà , id-drittijiet kif jirriżultaw, b’mod partikolari, mit-traduzzjonijiet kostituzzjonali u l-obbligi internazzjonali komuni għall-pajjiżi tal-UE, mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, mill-Karti Soċjali adottati mill-UE u mill-Kunsill tal-Ewropa u l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Billi tagħmel id-drittijiet fundamentali aktar ċari u aktar viżibbli, din toħloq ċertezza legali fi ħdan l-UE.

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tinkludi preambolu u 54 artikolu, miġbura f’seba’ kapitoli:

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-karta tapplika għall-istituzzjonijiet Ewropej, soġġett għall-prinċipju ta’ sussidjarjetà, u huma ma jistgħu taħt ebda ċirkostanza jestendu l-poteri u l-kompiti mogħtija lilhom mit-trattati. Il-karta tapplika wkoll għall-pajjiżi tal-UE meta dawn jimplimentaw il-liġi tal-UE.

Jekk xi wieħed mid-drittijiet jikkorrispondi għal drittijiet iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950, is-sens u l-ambitu ta’ dawk id-drittijiet għandu jkun l-istess kif definit mill-konvenzjoni, għalkemm liġi tal-UE tista’ tipprovdi għal protezzjoni aktar estensiva.

Rapporti annwali

Kull sena mill-2010, il-Kummissjoni Ewropea tippubblika rapport annwali. Dan iwettaq monitoraġġ tal-progress fl-applikazzjoni tal-karta.

SFOND

Għal aktar informazzjoni ara

DOKUMENT EWLIENI

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 389-405)

DOKUMENTI RELATATI

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ir-Rapport tal-2015 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (COM(2016) 265 final, 18.5.2016)

l-aħħar aġġornament 17.10.2016