Trattament ugwali irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Id-Direttiva 2000/43/KE — li timplimenta trattament ugwali irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Derogi mill-prinċipju ta’ trattament ugwali

Rimedji u infurzar

Il-vittma tad-diskriminazzjoni teħtieġ tistabbilixxi biss preżunzjoni ta’ diskriminazzjoni, wara dan, huwa d-dmir tal-intimat li jagħti prova li ma kienx hemm diskriminazzjoni.

Djalogu soċjali u djalogu ċivili

Korpi għall-promozzjoni tal-prinċipju

Kull pajjiż tal-UE jrid jistabbilixxi tal-inqas korp wieħed dedikat biex jiġġieled id-diskriminazzjoni, li b’mod partikolari, ikun inkarigat milli jgħin lill-vittmi u jwettaq studji indipendenti.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill

Fl-2013, il-Kunsill adotta rakkomandazzjoni li titlob miżuri li għandhom jittieħdu f’numru ta’ oqsma, inkluż kontra d-diskriminazzjoni, sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni tan-nies ta’ Rom. Ir-rakkomandazzjoni hija msejsa fuq id-Direttiva 2000/43/KE u tenfasizza l-importanza tal-infurzar prattiku tagħha.

META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mid-19 ta’ Lulju 2000. Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sad-19 ta’ Lulju 2003.

SFOND

It-Trattat ta’ Lisbona (l-Artikolu 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (UE) jipprovdi lill-UE b'bażi legali biex tiġġieled il-forom kollha ta’ diskriminazzjoni abbażi tas-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

* TERMINI EWLENIN

Diskriminazzjoni diretta: meta persuna waħda tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn kif inhi, kienet jew tiġi ttrattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika.

Diskriminazzjoni indiretta: meta regola, kriterju jew prattika li jkunu jidhru newtrali jpoġġu lill-persuni ta’ oriġini razzjali jew etnika fi żvantaġġ partikolari, meta mqabbla ma’ persuni oħrajn, sakemm tali regola, kriterju jew prattika ma jkunux oġġettivament iġġustifikati minn għan leġittimu u l-mezzi sabiex jintlaħaq dak l-għan ikunu xierqa u neċessarji.

Fastidju: fejn imġiba mhux mixtieqa relatata ma’ oriġini razzjali jew etnika sseħħ bl-iskop jew bl-effett ta' ksur tad-dinjità ta' persuna, u li toħloq intimidazzjoni, ambjent ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv.

Vittimizzazzjoni: trattament mhux ġust jew krudili ta’ xi ħadd li jilmenta minn diskriminazzjoni jew li jgħin lil ħaddieħor f’ilment dwar diskriminazzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22-26)

DOKUMENTI RELATATI

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew - L-applikar tad-direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini razzjali jew etnika (KUMM(2006) 643 finali, 30.10.2006)

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri (ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1-7)

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Rapport Konġunt dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad- 29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (“id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza Razzjali”) u tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (“id-Direttiva dwar l-Ugwaljanza fl-Impjieg”) (COM(2014) 2 final, 17.1.2014)

l-aħħar aġġornament 23.02.2017