Format tal-UE għal permessi ta’ residenza

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 1030/2002 — format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż mhux tal-UE

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta’ residenza, u l-informazzjoni li dawn iridu jinkludu, għal ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jgħixu legalment fl-UE.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (KE) Nru 380/2008 jemenda r-Regolament (KE) Nru 1030/2002 fir-rigward tal-integrazzjoni tal-identifikaturi bijometriċi* f’format uniformi għall-permessi ta’ residenza.

Minħabba li l-format attwali għal permessi ta’ residenza ilu jintuża għal aktar minn 20 sena, ir-Regolament (UE) 2017/1954 ġie adottat.

Huwa jintroduċi mudell uniformi ġdid għal permessi b’karatteristiċi ta’ sigurtà ġodda sabiex tiġi evitata il-falsifikazzjoni. L-immaġni u l-ispeċifikazzjonijiet tat-test li jinsabu fl-anness għar-Regolament (UE) 2017/1954, jissostitwixxu dawk fl-anness għar-regolament oriġinali tal-2002. Il-pajjiżi tal-UE għandhom perjodu ta’ transizzjoni ta’ sitt (6) xhur biex jużaw il-ħażniet eżistenti ta’ permessi ta’ residenza.

La l-Irlanda u lanqas ir-Renju Unit (1) ma huma marbuta b’dan ir-regolament, u d-Danimarka tista’ tiddeċiedi fi żmien sitt (6) xhur mill-adozzjoni tiegħu jekk għandux isir liġi fid-Danimarka.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament (KE) Nru 1030/2002 ilu japplika mill-15 ta’ Ġunju 2002.

Ir-Regolament (UE) 2017/1954 jibda japplika mhux aktar tard minn 15-il xahar wara li l-Kummissjoni Ewropea tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda addizzjonali għal permessi ta’ residenza.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Identifikaturi bijometriċi: l-użu ta’ karatteristika fiżika waħda jew aktar ta’ individwu (marki tas-swaba’, struttura tal-wiċċ, ħabba tal-għajn) maħżuna fuq mezz bħal smart card, bar code jew dokument, sabiex tiġi vverifikata l-identità tal-persuna li tippreżenta dokument.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiz terz (ĠU L 157, 15.6.2002, pp. 1-7)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENT RELATAT

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħjom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, pp. 1-7)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.04.2018



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.