Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2006/112/KE — is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) tal-UE

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tfassal mill-ġdid u tħassar is-Sitt Direttiva oriġinali dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), u b’hekk tikkjarifika l-leġiżlazzjoni dwar il-VAT tal-UE li hija fis-seħħ bħalissa.

PUNTI EWLENIN

Il-VAT tapplika għat-tranżazzjonijiet kollha li jitwettqu fl-UE għall-ħlas minn persuna taxxabbli, jiġifieri minn kwalunkwe individwu jew korp li jipprovdi merkanzija u servizzi taxxabbli fit-tħaddim tan-negozju tiegħu. L-importazzjonijiet minn kwalunkwe persuna huma wkoll soġġetti għall-VAT.

It-tranżazzjonijiet taxxabbli jinkludu l-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi f’pajjiż wieħed fl-UE, l-akkwisti intra-UE ta’ merkanzija (merkanzija pprovduta u mibgħuta jew trasportata minn negozju f’pajjiż wieħed tal-UE lejn negozju f’pajjiż ieħor) u l-importazzjonijiet ta’ merkanzija lejn l-UE minn barra.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva ilha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-1 ta’ Jannar 2008.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, pp. 1-118)

Fit-test ewlieni ġew inkorporati emendi suċċessivi għad-Direttiva 2006/112/KE. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/285 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-iskema speċjali għall-impriżi żgħar u r-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta’ informazzjoni għall-fini tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tal-iskema speċjali għall-impriżi żgħar (ĠU L 62, 2.3.2020, pp. 13-23)

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2020/284 tat-18 ta’ Frar 2020 li temenda d-Direttiva (UE) 2006/112/KE rigward l-introduzzjoni ta’ ċerti rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (ĠU L 62, 2.3.2020, pp. 7-12)

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/1995 tal- 21 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati ma’ bejgħ b’distanza ta’ merkanzija u ċerti provvisti domestiċi ta’ merkanzija (ĠU L 310, 2.12.2019, pp. 1-5)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/2057 tal-20 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta’ mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat b’rabta mal-provvisti ta’ merkanzija u servizzi ’l fuq minn ċertu livell limitu (ĠU L 329, 27.12.2018, pp. 3-7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 268, 12.10.2010, pp. 1-18)

Ara l- verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti (ĠU L 292, 10.11.2009, pp. 5-30)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat- 12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista fid-Direttiva 2006/112/KE, għal persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni iżda stabbiliti fi Stat Membru ieħor (ĠU L 44, 20.2.2008, pp. 23-28)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi (ĠU L 346, 29.12.2007, pp. 6-12)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/79/KE tal-5 ta’ Ottubru 2006 dwar eżenzjonijiet mit-taxxi applikabbli għall-importazzjoni ta’ kunsinni żgħar ta’ merkanzija ta’ natura mhux kummerċjali minn pajjiżi terzi (verżjoni kodifikata) (ĠU L 286, 17.10.2006, pp. 15-18)

l-aħħar aġġornament 30.06.2020