Standards ta’ kwalità ambjentali applikabli għal ilma tal-wiċċ

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2008/105/KE tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali għal sustanzi prijoritarji u tmien inkwinanti oħra. Dawn is-sustanzi jinkludu l-metalli kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju u n-nikil, u l-komposti tagħhom; il-benżen; l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH); u diversi pestiċidi. Bosta minn dawn is-sustanzi prijoritarji huma kklassifikati bħala perikolużi.

L-EQS fid-Direttiva 2008/105/KE huma limiti fuq il-konċentrazzjoni tas-sustanzi prijoritarji u tmien (8) inkwinanti oħra fl-ilma (jew bijota*), jiġifieri l-limiti li ma għandhomx jinqabżu biex jintlaħaq status kimiku tajjeb. Hemm żewġ (2) tipi ta’ standard tal-ilma:

L-EQS huma differenti għal:

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw il-konformità mal-EQS. Għandhom ukoll jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li għandhom tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota ma jiżdidux b’mod sinifikanti.

Direttiva 2013/39/UE

Id-Direttiva 2013/39/UE aġġornat l-EQS għal sebgħa (7) mit-33 sustanza prijoritarja oriġinali skont l-għarfien xjentifiku u tekniku l-aktar riċenti dwar il-proprjetajiet ta’ dawk is-sustanzi.

L-EQS riveduti għal dawk is-sebgħa (7) sustanzi prijoritarji eżistenti kellhom jiġu kkunsidrati għall-ewwel darba fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar tal-pajjiżi tal-UE mit-22 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ għal dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2021.

Din inkludiet 12-il sustanza prijoritarja li għadha kif ġiet identifikata li l-EQS tagħhom kellhom ikunu kkunsidrati fit-tfassil ta’ programmi ta’ monitoraġġ supplimentari u fi programmi preliminari ta’ miżuri li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea sa tmiem l-2018, bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb għal dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2027.

Lista ta’ sorveljanza

Id-Direttiva 2013/39/UE tobbliga wkoll lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom għandha tinġabar data dwar monitoraġġ mifruxa madwar l-UE kollha biex jiġu appoġġjati eżerċizzji futuri ta’ prijoritizzazzjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/840 tistabbilixxi l-lista ta’ sorveljanza l-iktar riċenti.

Żoni ta’ taħlit

Id-Direttiva 2008/105/KE tobbliga wkoll lill-pajjiżi tal-UE biex jaħtru żoni ta’ taħlit qrib punti ta’ rilaxx, fejn l-EQS jistgħu jinqabżu sakemm il-bqija tal-korp tal-ilma tal-wiċċ jikkonforma ma’ dawk l-istandards. Dawn l-oqsma għandhom jiġu identifikati b’mod ċar fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċini tax-xmajjar stabbiliti skont id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

Inventarji

Għal kull distrett tal-baċir ta’ xmara, il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu inventarju ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf tas-sustanzi kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-direttiva. Fuq il-bażi ta’ dan l-inventarju, il-Kummissjoni sejra tivverifika jekk hux qed isir progress lejn l-għanijiet ta’:

MINN META TAPPLIKA ID-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mit-13 ta’ Jannar 2009 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-13 ta’ Lulju 2010.

SFOND

Il-konformità mal-EQS għandha tkun ta’ benefiċċju kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-ambjent. Għandha tnaqqas l-ispejjeż tat-trattament tal-ilmijiet tal-wiċċ li jintużaw għall-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, u ttejjeb is-saħħa tal-pjanti u l-annimali li jgħixu f’dawn l-ilmijiet u tal-bhejjem li jixorbu dawn l-ilmijiet.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

L-ilma tal-wiċċ: Xmajjar, lagi, ilmijiet tranżizzjonali u ilmijiet kostali. L-ilmijiet tal-wiċċ jinkludu wkoll ilmijiet territorjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-istatus kimiku.
Bijota: il-ħajja tal-annimali u tal-pjanti ta’ ħabitat jew reġjun partikolari

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, pp. 84-97)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/105/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/840 tal-5 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/495 (ĠU L 141, 7.6.2018, pp. 9-12)

l-aħħar aġġornament 26.10.2018