Speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 708/2007 — l-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal:

Dan ma japplikax għal:

Ikopri l-ispeċijiet akkwatiċi kollha, inkluż kwalunkwe parti li tista’ tibqa’ ħajja u tirriproduċi.

Miżuri biex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-bijodiversità

Il-pajjiżi tal-UE għandhom:

Permessi

Kull moviment ta’ organiżmu akkwatiku aljen lejn faċilità tal-akkwakultura jeħtieġ permess maħruġ mill-pajjiż tal-UE riċeventi. Biex jikseb dan il-permess, l-operatur tal-akkwakultura għandu jissottometti applikazzjoni li tipprovdi ċerta informazzjoni, inkluż:

Ċaqliq ta’ rutina

Fil-każ ta’ moviment minn sors magħruf li ma joħloqx riskju għall-ambjent, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ permess li jindika, fejn applikabbli, rekwiżiti għal kwarantina* jew rilaxx pilota*.

Ċaqliq mhux ta’ rutina

Fil-każ ta’ ċaqliq mhux ta’ rutina, trid titwettaq valutazzjoni tar-riskju ambjentali. Jekk il-livell ta’ riskju jiġi stmat li huwa medju jew għoli, l-applikant u l-amministrazzjoni kkonċernati għandhom jeżaminaw jekk hemmx modi kif ir-riskju jitnaqqas għal livell baxx. Jekk il-livell ta’ riskju jitnaqqas għal wieħed baxx, l-awtorità kompetenti tista’ toħroġ permess li jindika, fejn xieraq, rekwiżiti għall-kwarantina, ir-rilaxx pilota jew il-monitoraġġ*.

Ċaqliq li jaffettwa lil pajjiżi tal-UE ġirien

Il-pajjiżi tal-UE li x’aktarx jiġu affettwati minn ċaqliq ta’ organiżmi tal-baħar għandhom jiġu infurmati u jibagħtu l-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni Ewropea, li se tikkonferma, tħassar jew temenda l-permess.

Reġistru

Il-pajjiżi tal-UE għandhom iżommu reġistru tal-introduzzjonijiet u tat-traslokazzjonijiet li jkun fih l-informazzjoni kollha relatata magħhom. Ir-reġistri għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE ddedikaw paġna web speċifika għar-regolament u r-reġistru huwa ġeneralment aċċessibbli minnha.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009, minbarra l-Kapitoli I u II, kif ukoll l-Artikolu 24 (regoli dettaljati u adattament għall-progress tekniku) li ilhom japplikaw mit-18 ta’ Lulju 2007.

SFOND

Speċijiet aljeni invażivi huma waħda mill-kawżi ewlenin tat-telf tal-bijodiversità, kemm jekk permezz ta’:

Dan l-impatt ambjentali għandu riperkussjonijiet ekonomiċi u soċjali kbar.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Akkwakultura: it-trobbija jew il-kultivazzjoni ta’ organiżmi akkwatiċi bl-użu ta’ tekniċi mfassla biex iżidu l-produzzjoni ta’ dawk l-organiżmi lil hinn mill-kapaċità naturali tal-ambjent. L-organiżmi jibqgħu l-proprjetà ta’ persuna fiżika jew ġuridika matul it-trobbija jew il-kultivazzjoni, sa u inkluż il-ħsad.
Speċijiet li ma jinstabux lokalment: kwalunkwe speċi akkwatika li ma tinstabx lokalment minn żona fi ħdan il-firxa naturali ta’ distribuzzjoni tagħha għal raġunijiet bijoġeografiċi.
Speċijiet aljeni:
Introduzzjonijiet: il-proċess li bih speċi aljena tiġi mċaqilqa intenzjonalment għal ambjent barra mill-firxa naturali tagħha sabiex tintuża fl-akkwakultura.
Traslokazzjonijiet: il-proċess li bih speċi li ma tinstabx lokalment tiġi mċaqilqa intenzjonalment fi ħdan il-firxa naturali tagħha sabiex tintuża fl-akkwakultura għal żona fejn ma kinitx teżisti qabel.
Kwarantina: l-iskop ta’ dan huwa li l-organiżmi kkonċernati jinżammu f’iżolament totali għal żmien twil biżżejjed biex jiġi stabbilit stokk riproduttiv, sabiex jinstabu speċijiet aċċidentalment preżenti u sabiex jiġi kkonfermat in-nuqqas ta’ patoġeni u mard. Il-faċilità ta’ kwarantina trid tikkonforma ma’ speċifikazzjonijiet dettaljati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti bir-regolament (Anness III).
Rilaxx pilota: il-fażi inizjali ta’ rilaxx fuq skala limitata ta’ organiżmi akkwatiċi soġġetti għal miżuri speċjali ta’ trażżin u prevenzjoni. Għandu jitfassal pjan ta’ kontinġenza sabiex l-organiżmi inkwistjoni jkunu jistgħu jitneħħew jew jitnaqqsu fid-densità fil-każ ta’ riskji mhux previsti għall-ambjent jew għall-popolazzjonijiet indiġeni.
Monitoraġġ: dan għandu jitwettaq għal mill-inqas sentejn wara r-rilaxx tal-organiżmi fl-ambjent il-ġdid tagħhom, biex jiġi vvalutat jekk l-impatti kinux previsti b’mod preċiż jew jekk kienx hemm impatti addizzjonali jew differenti.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar l-użu ta’ speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1-17)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 708/2007 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.

DOKUMENTI RELEVANTI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 535/2008 tat-13 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljat għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċijiet aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 156, 14.6.2008, p. 6-9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 506/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 dwar l-użu ta’ speċi[jiet] aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 36-37)

l-aħħar aġġornament 18.12.2018