Statuti Riveduti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

 

SOMMARJU TA':

Deċiżjoni 2008/114/KE, Statuti li jistabbilixxu l-Euratom għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom

L-Artikolu 52 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom)

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

Tistabbilixxi l-Istatuti għall-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ESA), li ġiet stabbilita direttament mit-Trattat tal-Euratom tal-1957, biex tqis iż-żieda fin-numru ta’ pajjiżi tal-UE kif ukoll biex timmodernizza r-regoli finanzjarji tal-Aġenzija u tistabbilixxi l-kwartieri ġenerali tagħha fil-Lussemburgu.

L-Artikolu 52 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom), li jfittex li jiggarantixxi, permezz ta’ politika ta’ forniment komuni, forniment regolari u ekwitabbli ta’ materjali nukleari lil utenti fil-pajjiżi tal-UE, huwa l-bażi legali tal-ESA.

PUNTI EWLENIN

L-ESA hija korp fl-UE responsabbli għall-immaniġġjar tal-forniment u d-domanda ta':

L-ESA għandha d-dritt esklussiv li “tikkonkludi” (i.e. tikkontrofirma) kuntratti relatati mal-fornitura ta’ materjali nukleari, kif msemmi hawn fuq, li jkunu ġejjin kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-UE. Għandha wkoll, taħt it-Trattat tal-Euratom, id-dritt tal-għażla li tikseb materjali nukleari.

L-ESA hija personalità legali (i.e. hija entità indipendenti fiha nfisha).

Objettivi u kompiti

L-ESA:

Barra minn hekk, l-ESA:

L-ESA tista’ tibni l-istokk tagħha stess ta’ materjali nukleari. Hija taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, li għandha d-dritt li toħroġilha direttivi (i.e. istruzzjonijiet) u tagħmel veto fuq id-deċiżjonijiet tagħha.

Status Legali u KĠ

L-ESA:

Id-Direttur Ġenerali u l-impjegati

Id-Direttur Ġenerali tal-ESA huwa responsabbli għal:

Id-Direttur Ġenerali u l-impjegati tal-ESA huma uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u huma soġġetti għal approvazzjoni tas-sigurtà.

Finanzi

L-ESA hija:

Id-dħul tal-Aġenzija llum il-ġurnata jikkonsisti, esklussivament minn kontribuzzjoni mill-UE.

Il-baġit tal-SA huwa adottat mill-Kummissjoni u jsir finali wara l-adozzjoni definitiva tal-baġit ġenerali tal-UE.

Wara d-dħul tal-Kroazja fl-UE, il-kapital tal-ESA huwa ta’ €5,856,000, sottoskritt minn pajjiżi tal-UE individwali. Il-Lussemburgu u Malta ma jiħdux sehem.

Kumitat Konsultattiv

Il-pajjiż tal-UE (bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu u Malta) jagħżlu bejn 1 sa 4 rappreżentanti kull wieħed għall-Kumitat Konsultattiv, f’konformità mal-Istatuti tal-Aġenzija. Il-membri tal-Kumitat huma maħturin fuq il-bażi tal-esperjenza u l-għarfien espert tagħhom fil-kummerċ ta’ materjali nukleari jew fil-ġenerazzjoni jew fir-regolazzjoni ta’ enerġija nukleari.

Il-Kumitat normalment jiġi msejjaħ biex jiltaqa’ mid-Direttur Ġenerali darbtejn fis-sena. Irid jiġi kkonsultat qabel jiġu adottati deċiżjonijiet importanti (dwar kwistjonijiet elenkati fl-Istatuti tal-ESA) mid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija.

Il-Kumitat jassisti lill-ESA billi jagħti opinjonijiet u jipprovdi analiżi u informazzjoni.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Din ilha tapplika minn Marzu 2008 u, fil-verżjoni riveduta tagħha wara d-dħul tal-Kroazja mill-1 ta’ Lulju 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom (ĠU L 41, 15.2.2008, pp. 15-20)

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2008/114/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika — Titolu II — Dispożizzjonijiet għall-inkoraġġament tal-progress fil-qasam tal-enerġija nukleari — Kapitolu 6 — Provvisti — Artikolu 52 (ĠU C 203, 7.6.2016, p. 24)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli mal-baġit ġenerali tal-Unjon, li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u tirrevoka Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1-222)

l-aħħar aġġornament 11.09.2018