It-Trattat u l-Protokoll tal-Karta tal-Enerġija
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAT-TRATTAT?
PUNTI EWLENIN
Il-klawżoli ewlenin tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija jirrigwardaw il-protezzjoni tal-investiment, il-kummerċ fil-materjali u l-prodotti tal-enerġija, is-soluzzjoni ta’ tranżitu u ta’ tilwim.
Kummerċ, investiment, negozju u protezzjonijiet
Id-dispożizzjonijiet tat-trattat jinkludu:
Sovranità fuq ir-riżorsi tal-enerġija
It-trattat jirrikonoxxi d-drittijiet sovrani tal-pajjiżi fuq ir-riżorsi tal-enerġija u jafferma mill-ġdid li dawn għandhom jiġu eżerċitati skont il-liġi internazzjonali, mingħajr ma jaffettwaw l-objettiv ġenerali tal-promozzjoni tal-aċċess għar-riżorsi tal-enerġija, u l-esplorazzjoni u l-iżvilupp kummerċjali tagħhom.
Aspetti ambjentali
Trasparenza
Il-partijiet għat-trattat għandhom jagħżlu mill-inqas punt wieħed fejn jistgħu jsiru talbiet għal informazzjoni dwar liġijiet, regolamenti, deċiżjonijiet legali u deċiżjonijiet amministrattivi ġenerali rigward materjali u prodotti tal-enerġija.
Soluzzjoni ta’ tilwim
It-trattat jinkludi dispożizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim bejn Stati parteċipanti permezz ta’ mezzi diplomatiċi u tribunali ad hoc, u — fil-każ ta’ investimenti — bejn l-investituri u l-Istati ospitanti. Jekk tilwima bejn l-investituri ma tkunx tista’ tiġi solvuta amikevolment fi żmien 3 xhur, l-investituri jistgħu jagħżlu li jippreżentawha għal riżoluzzjoni:
Il-firmatarji, il-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija, il-protokolli u d-dikjarazzjonijiet
Eċċezzjonijiet
Il-partijiet ma għandhomx jagħmlu investimenti relatati mal-kummerċ inkonsistenti mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT) li stabbilixxa l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u xejn fit-trattat ma jeżenta lill-membri tad-WTO mill-ftehim.
It-trattat ma jipprekludi l-ebda firmatarju mill-miżuri:
Protokoll tal-Karta tal-Enerġija
Il-Protokoll ġie adottat f’konformità mat-trattat. L-objettivi tiegħu jinkludu:
Karta Internazzjonali dwar l-Enerġija
Fl-2015 ġiet adottata u ffirmata Karta Internazzjonali dwar l-Enerġija ġdida minn aktar minn 65 pajjiż u organizzazzjoni, inklużi l-UE u l-pajjiżi kollha tal-UE. L-għan ta’ din il-karta l-ġdida huwa li jiġu involuti kemm jista’ jkun pajjiżi ġodda li huma lesti li jikkooperaw fil-qasam tal-enerġija u li jirrikonoxxu l-importanza tas-sigurtà tal-enerġija għall-pajjiżi li jipproduċu, jgħaddu u jikkunsmaw l-enerġija. Il-karta l-ġdida tibni fuq il-Karta tal-Enerġija tal-1991 u timmodernizzaha.
DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ
It-Trattat tal-Karta tal-Enerġija daħal fis-seħħ fis-16 ta’ April 1998, b’emendi dwar dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ, prinċipalment biex jissostitwixxi referenzi għall-GATT mad-WTO, li japplikaw mit-23 ta’ Lulju 1998.
SFOND
Ara wkoll:
DOKUMENTI EWLENIN
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 98/181/KE, KEFA, Euratom tat-23 ta’ Settembru 1997 rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter tal-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter tal-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati (ĠU L 69, 9.3.1998, pp. 1-116)
L-Att Finali tal-Konferenza Internazzjonali u d-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija fir-rigward tal-emenda għad-dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija - Dikjarazzjonijiet Konġunti - Anness I: Emenda għad-Dispożizzjonijiet Relatati mal-Kummerċ tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija - Anness II: Deċiżjonijiet b’rabta mal-Adozzjoni tal-Emenda għad-Dispożizzjonijiet Relatati mal-Kummerċ tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (ĠU L 252, 12.9.1998, pp. 23-46)
L-Att Finali tal-Konferenza tal-Karta Ewropea tal-Enerġija - Anness 1: It-Trattat tal-Karta tal-Enerġija - Anness 2: Id-Deċiżjonijiet fir-rigward tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (ĠU L 380, 31.12.1994, pp. 24-88)
DOKUMENTI RELATATI
Il-Konferenza tal-Karta tal-Enerġija — Ir-regoli li jirrigwardjaw il-kondotta tal-konċiljazzjoni f’tilwim dwar tranżitu (ĠU L 11, 16.1.1999, pp. 39-44)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/595/KE tat-13 ta’ Lulju 2001 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Emenda għad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (ĠU L 209, 2.8.2001, p. 32)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/37/KE tas-26 ta’ Novembru 1998 - dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità Ewropea dwar ir-regoli li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-konċiljazzjoni ta’ kwistjonijiet fuq tranżitu li għandhom jiġu adottati mill-Konferenza dwar il-Karta tal-Enerġija (ĠU L 11, 16.1.1999, pp. 37-38)
l-aħħar aġġornament 25.05.2020