Inħeġġu l-użu tal-bijomassa bħala sors alternattiv tal-enerġija

Il-bijomassa tista’ tgħin biex tindirizza t-tibdil fil-klima billi tbaxxi l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. L-użu tagħha għat-tisħin, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-karburanti għat-trasport jista’ jiddiversifika l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea (UE) u joħloq tkabbir u impjiegi. Sabiex il-kontribut tagħha jkun effettiv, trid tiġi prodotta b’mod sostenibbli.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - Pjan ta’ Azzjoni għall-Bijomassa (mhux disponibbli bil-Malti) (COM(2005) 628 final tas-7 ta’ Diċembru 2005).

SOMMARJU

Il-bijomassa tista’ tgħin biex tindirizza t-tibdil fil-klima billi tbaxxi l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra. L-użu tagħha għat-tisħin, il-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-karburanti għat-trasport jista’ jiddiversifika l-provvista tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea (UE) u joħloq tkabbir u impjiegi. Sabiex il-kontribut tagħha jkun effettiv, trid tiġi prodotta b’mod sostenibbli.

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Din tistabbilixxi metodi biex jiżdied l-iżvilupp ta’ enerġija mill-bijomassa billi toħloq inċentivi għall-użu tagħha u tneħħi ostakoli għall-produzzjoni tagħha. Tidentifika miżuri biex jippromwovu l-bijomassa fit-tisħin, l-elettriku u t-trasport. Hija tindirizza kwistjonijiet bħall-provvista, il-finanzjament u r-riċerka. Il-pjan ta’ azzjoni kien l-ewwel pass biex tiġi enfasizzata l-importanza tal-industrija.

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni wasslet għal iktar inizjattivi biex jiġu promossi l-bijokarburanti.

Jeżistu kriterji ta’ sostenibbiltà biex jiżguraw li l-użu tal-bijokarburanti jiggarantixxi ffrankar reali tal-karbonju u jħares il-bijodiversità. Dawn jistipulaw li l-bijokarburanti:

Skemi volontarji jivverifikaw jekk il-produtturi jikkonformawx mal-kriterji ta’ sostenibbiltà. Jekk iva, dawn huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju jew l-output tagħhom jgħodd mal-miri nazzjonali għall-enerġija rinnovabbli.

Proċeduri għal permessi: rakkomandazzjonijiet prattiċi jipprovdu għajnuna u pariri lil żviluppaturi ta’ proġetti, NGOs u awtoritajiet pubbliċi meta jittrattaw talbiet sabiex jibnu impjanti tal-bijomassa.

Ir-Rotta Ewropea tal-Bijofjuwils Avvanzati għandha l-għan li tippromwovi l-bijokarburanti bħala karburant rinnovabbli alternattiv għall-inġenji tal-ajru.

SFOND

Il-bijomassa tinkiseb minn materjal organiku bħal siġar, pjanti u skart agrikolu u urban. Il-produzzjoni tagħha tinvolvi katina ta’ attivitajiet mit-tkabbir tal-materja prima għall-konverżjoni finali tal-enerġija. Fl-2012, il-bijomassa u l-iskart kienu jirrappreżentaw madwar żewġ terzi tal-konsum tal-enerġija rinnovabbli kollu fl-UE.

Għal aktar informazzjoni ara l-websajt dwar il-bijomassa tal-Kummissjoni Ewropea.

ATTI RELATATI

Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16-62).

Green Paper - Strateġija Ewropea għal Enerġija Sostenibbli, Kompetittiva u Sikura (mhux disponibbli bil-Malti) (COM(2006) 105 final).

l-aħħar aġġornament 12.08.2015