Ftehimiet dwar l-avjazzjoni UE–Stati Uniti

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2007/339/KE dwar il-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-Istati Uniti tal-Amerka

X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI?

PUNTI EWLENIN

L-aċċess għas-suq: id-drittijiet tat-traffiku u kwistjonijiet kummerċjali/operattivi

L-aċċess għas-suq: proprjetà u kontroll

Kooperazzjoni regolatorja

Il-ftehim isaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet fl-oqsma li ġejjin.

Dan il-ftehim jinkludi wkoll pjan direzzjonali ċar li jistipula lista mhux eżawrjenti ta’ “punti ta' interess prijoritarju” għan-negozjar ta’ ftehim tat-tieni fażi.

Ftehim tat-tieni fażi

Aktar negozjati bejn l-UE u l-Istati Uniti tnedew fl-2008 u rriżultaw fl-iffirmar ta’ ftehim tat-tieni fażi fl-2010. Dan il-protokoll jibni fuq l-ewwel ftehim u jkopri investimenti addizzjonali u opportunitajiet ta’ aċċess għas-suq. Huwa jsaħħaħ ukoll il-qafas għall-kooperazzjoni f’oqsma regolatorji bħas-sikurezza, is-sigurtà, l-aspetti soċjali u, b'mod partikolari, l-ambjent, fejn iż-żewġ naħat ftiehmu fuq Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-Ambjent iddedikata.

In-Norveġja u l-Iżlanda issieħbu fil-ftehim fl-2011.

META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Id-Deċiżjoni ilha tapplika mill-25 ta’ April 2007. L-Artikolu 25 tal-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru dwar l-applikazzjoni provviżorja tindika li l-partijiet ftiehmu li japplikawha mit-30 ta’ Marzu 2008.

SFOND

Qabel il-ftehim tal-2007, ir-relazzjonijiet tat-trasport bl-ajru mal-Istati Uniti kienu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Istati Uniti. 16-il pajjiż tal-UE diġà għandhom fis-seħħ ftehimiet “open skies”. Madanakollu, deher biċ-ċar li dan l-approċċ frammentat huwa ostakolu billi impedixxa l-ikkompletar ta’ suq uniku ġenwin.

Fl-2002, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat sentenzi f’każijiet imressqa quddiemha mill-Kummissjoni Ewropea (C-466/98, C-467/98, C468/98, C-469/98, C-472/98, C-475/98 u C-476/98). Dawn iċċaraw il-qsim tal-kompetenzi esterni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE u ċċaraw ċerti kwistjonijiet dwar il-libertà ta' stabbiliment.

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni rċeviet awtorizzazzjoni biex tinnegozja ftehim tal-ajru mal-Istati Uniti li applika għall-UE kollha.

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Id-drittijiet tat-tielet (3) libertà: fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati internazzjonali, id-dritt jew il-privileġġ, mogħti minn pajjiż wieħed lil ieħor, biex iniżżel, fit-territorju tal-ewwel pajjiż, traffiku ġej mill-pajjiż ta' oriġini tat-trasportatur.

Id-drittijiet tar-raba’ (4) libertà: fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati internazzjonali, id-dritt jew il-privileġġ, mogħti minn pajjiż wieħed lil ieħor, biex iniżżel, fit-territorju tal-ewwel pajjiż, traffiku ddestinat lejn il-pajjiż ta' oriġini tat-trasportatur.

Id-drittijiet tal-ħames (5) libertà: fir-rigward ta’ servizzital-ajru skedati internazzjonali, id-dritt jew il-privileġġ, mogħti minn pajjiż wieħed lil ieħor, biex iniżżel u jtella', fit-territorju tal-ewwel pajjiż, traffiku ġej minn jew sejjer lejn pajjiż mhux tal-UE.

Id-drittijiet tas-seba’ (7) libertà: fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati internazzjonali, id-dritt jew il-privileġġ, mogħti minn pajjiż wieħed lil ieħor, tat-trasport tat-traffiku bejn it-territorju tal-pajjiż li jagħti d-dritt u kwalunkwe pajjiż ieħor mhux tal-UE. Dan ma jeħtieġx li s-servizz ikollu konnessjoni ma’ jew ikun estensjoni ta’ xi servizz lejn/mill-pajjiż tal-oriġini tat-trasportatur.

L-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni: jinkludi l-pajjiżi tal-UE, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, l-eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, is-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo.

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni 2007/339/KE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill tal-25 ta’ April 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, 25.5.2007, p. 1-3)

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni 2010/465/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa’ fi ħadan il-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 1-2)

Protokoll biex jemenda l-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u t-30 ta’ April 2007 (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 3-19)

Deċiżjoni 2011/708/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti (ĠU L 283, 29.10.2011, p. 1-2)

l-aħħar aġġornament 18.12.2016