Id-drittijiet ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa — l-ivvjaġġar bl-ajru

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1107/2006 — id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Eċċezzjonijiet u kundizzjonijiet speċjali

Taħt ċerti ċirkustanzi, trasportatur bl-ajru, l-aġent tiegħu jew operatur tal-ivvjaġġar jista’ jirrifjuta prenotazzjoni jew tlugħ abbord lil persuna b’ mobbiltà mnaqqsa jew diżabbiltà:

Fi kwalunkwe waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet, il-persuna affettwata trid tkun infurmata immedjatament dwar ir-raġunijiet. Għandhom isiru sforzi raġonevoli biex dik il-persuna tiġi offruta alternattiva aċċettabbli. Il-persuni li ma jkunux tħallew jitilgħu għal dawn ir-raġunijiet għandhom id-drittijiet għal rimbors jew trasport minn rotta differenti skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004.

Assistenza fl-ajruport

Il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa jew diżabbiltà huma intitolati għall-assistenza speċifikata fir-regolament mingħajr ħlas:

Il-korpi ta’ ġestjoni tal-ajruporti jistgħu jiffinanzjaw dawn is-servizzi billi jimponu ħlas speċifiku fuq l-utenti tal-ajruport.

Ksur u penali

Il-pajjiżi tal-UE u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles iridu jistabbilixxu l-penali għall-ksur tar-regolament u jwaqqfu korpi indipendenti sabiex jindirizzaw l-ilmenti.

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 jistabbilixxi regoli applikabbli mal-UE kollha dwar il-kumpens u l-assistenza għall-passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu, kif ukoll għall-kanċellazzjoni jew id-dewmien twil ta’ titjiriet.

Linji gwida

Fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat linji gwida dwar l-interpretazzjoni tar-regolament. Dawn kienu jindirizzaw problemi prattiċi u inċertezzi li għad fadal kemm għat-trasportaturi bl-ajru kif ukoll għall-passiġġieri b’diżabbiltà jew mobbiltà mnaqqsa.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2006.

TERMINI EWLENIN

* Persuna b’diżabbiltà jew persuna b’mobbiltà mnaqqsa: kull persuna li l-mobbiltà tagħha, meta din tuża t-trasport, tkun imnaqqsa minħabba kwalunkwe diżabbiltà fiżika (sensorja jew li taffettwa l-mobbiltà, permanenti jew temporanja), diżabbiltà jew indeboliment intellettwali, jew kwalunkwe kawża oħra ta’ diżabbiltà, jew età, u li s-sitwazzjoni tagħha teħtieġ attenzjoni adegwata u l-adattament għall-ħtiġijiet partikolari tagħha tas-servizz magħmul disponibbli għall-passiġġieri kollha.

ATT

Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1-9)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1107/2006 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1-8)

l-aħħar aġġornament 15.02.2016