Meraq tal-frott u prodotti simili

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-kompożizzjoni tal-meraq tal-frott, l-ismijiet riżervati tagħhom, il-karatteristiċi tal-manifattura tagħhom u t-tikkettar tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Meraq tal-frott

Il-prodotti koperti minn din id-Direttiva huma:

Il-prodotti kkonċernati huma ddefiniti abbażi tal-kompożizzjoni u tal-proċessi ta’ preparazzjoni tagħhom sabiex jiġi żgurat li t-termini jintużaw b’mod korrett fil-kummerċ, u mhux b’mod li jista’ jqarraq bil-konsumaturi. Id-Direttiva tiddefinixxi wkoll denominazzjonijiet (tradizzjonali) partikolari użati f’ċerti pajjiżi u lingwi.

Tikkettar

MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Id-Direttiva ilha tapplika mit-12 ta’ Jannar 2002 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-11 ta’ Lulju 2003.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 10, 12.1.2002, pp. 58-66)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2001/112/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1040/2014 tal-25 ta’ Lulju 2014 li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman li tadatta l-Anness I tagħha għall-progress tekniku (ĠU L 288, 2.10.2014, pp. 1-2)

l-aħħar aġġornament 29.05.2020