Proċeduri għal deċiżjoni preliminari - rakkomandazzjonijiet għall-qrati nazzjonali

 

SOMMARJU TA’:

Rakkomandazzjonijiet għall-qrati nazzjonali dwar l-użu tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari

L-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET U TAL-ARTIKOLU 267 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U L-ARTIKOLU 19(3) TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA?

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-2019:

PUNTI EWLENIN

Sinifikat tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari

Din il-proċedura hi kkunsidrata utli meta, f’każ quddiem qorti nazzjonali, titqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni li hija ġdida u ta’ interess ġenerali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE b’mod uniformi, jew fejn il-każistika eżistenti ma tidhirx li tagħti l-gwida neċessarja biex tiġi indirizzata sitwazzjoni legali ġdida.

Struttura tar-rakkomandazzjonijiet

Sett ta’ rakkomandazzjonijiet japplika għat-talbiet kollha għal deċiżjoni preliminari u sett ieħor japplika speċifikament għal proċeduri mħaffa* jew proċeduri urġenti*.

Min jagħmel it-talba għal deċiżjoni preliminari?

Il-qorti jew tribunal nazzjonali li tkun inġiebet tilwima quddiemu jieħu r-responsabbiltà unika biex jiddetermina kemm il-ħtieġa għal talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll għar-rilevanza tal-mistoqsijiet li dan jissottometti lill-QĠUE.

Il-qrati li jissottomettu rinviju għandhom fost affarijiet oħra:

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Interazzjoni bejn ir-referenza għal deċiżjoni preliminari u l-proċedimenti nazzjonali

Forma u kontenut tar-rinviju

Protezzjoni tad-data u l-anonimizzazzjoni tat-talba għal deċiżjoni preliminari

Trażmissjoni lill-QĠUE tat-talba għal deċiżjoni preliminari

Kostijiet u għajnuna legali

Ir-rwol tar-Reġistru tal-QĠUE

Rinviji mħaffa u urġenti

META JAPPLIKAW IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET?

Dawn ilhom japplikaw mit-8 ta’ Novembru 2019.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sentenza preliminari. Din il-proċedura tintuża f’każijiet fejn l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ liġi tal-UE hi inkwistjoni, u:
Proċedura mħaffa. Proċedura fejn in-natura u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-każ jeħtieġu li jiġu ttrattati malajr. Proċedura mħaffa għandha tintalab biss meta ċirkostazi partikolari joħolqu proċedura ta’ emerġenza li tiġġustifika deċiżjoni malajr tal-QĠUE fuq il-mistoqsijiet riferuti. Dan jista’ jirriżulta, pereżempju, jekk ikun hemm periklu immedjat serju lis-saħħa pubblika jew lill-ambjent, li deċiżjoni f’waqtha mill-QĠUE tista’ tgħin tevita, jew jekk ċirkostanzi partikolari jeħtieġu inċertezzi rigward kwistjonijiet fundamentali ta’ liġi kostituzzjonali nazzjonali u tal-liġi tal-UE biex tiġi solvuta fi żmien qasir ħafna.
Proċedura urġenti. Proċedura li tapplika biss f’każijiet li jinvolvu kwistjonijiet relatati mal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. B’mod partikolari, din tillimita n-numru ta’ partijiet awtorizzati jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub u, f’każijiet ta’ urġenza estrema, tippermetti li l-istadju tal-kitba tal-proċedura jitħalla barra quddiem il-QĠUE.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Rakkomandazzjonijiet għall-qrati u t-tribunali nazzjonali fir-rigward tal-bidu tal-proċeduri għal deċiżjoni preliminari (ĠU C 439, 25.11.2016, pp. 1–8)

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - Parti Sitta — Instituzzjonijiet u provvisti finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Taqsima 5 — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — l-Artikolu 267 (ex Artikolu 234 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 164)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — l-Artikolu 19 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 27)

DOKUMENTI RELATATI

Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L 265, 29.9.2012, pp. 1–42)

Emenda għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 65)

l-aħħar aġġornament 26.04.2022