Proċedura għal deċiżjoni preliminari - rakkomandazzjonijiet għall-qrati nazzjonali
SOMMARJU TA’:
Rakkomandazzjonijiet għall-qrati nazzjonali dwar l-użu tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari
Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)
X’INHU L-GĦAN TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET U TAL-ARTIKOLU 267 TAT-TFUE?
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jispjegaw lill-qrati u lit-tribunali fil-pajjiżi tal-UE, l-iskopijiet ta’ proċedura, li skont l-Artikolu 267 tat-TFUE, tintitolahom jirreferu għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QtĠ) għal sentenza preliminari. Din il-proċedura tintuża f’każijiet fejn l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ liġi tal-UE hi inkwistjoni, u:
Ir-rakkomandazzjonijiet jiddeskrivu wkoll l-ambitu tal-proċedura u l-forma li biha l-qrati nazzjonali għandhom jissottomettu r-rinviju tagħhom.
Dawn jissupplimentaw l-Artikoli 93 sa 118 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-QtĠ-UE.
PUNTI EWLENIN
Sinifikat tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari
Din il-proċedura hi kkunsidrata utli meta, f’każ quddiem qorti nazzjonali, titqajjem kwistjoni ta’ interpretazzjoni li hi ġdida u ta’ interess ġenerali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE b’mod uniformi, jew fejn il-każistika eżistenti ma tidhirx li tagħti l-gwida neċessarja biex tiġi indirizzata sitwazzjoni legali ġdida.
Struttura tar-rakkomandazzjonijiet
Sett ta’ rakkomandazzjonijiet japplika għat-talbiet kollha għal deċiżjoni preliminari u sett ieħor japplika speċifikament għal proċeduri mħaffa* jew proċeduri urġenti*.
Min jagħmel it-talba għal deċiżjoni preliminari?
Il-qorti jew tribunal nazzjonali li tkun inġiebet disputa quddiemu jieħu r-responsabbiltà unika biex jiddetermina kemm il-ħtieġa għal talba għal deċiżjoni preliminari kif ukoll ir-rilevanza tal-mistoqsijiet li dan jissottometti lill-QtĠ-UE.
Il-qrati li jissottomettu rinviju għandhom fost affarijiet oħra:
Suġġett u ambitu
Il-ħin tar-rinviju u s-sospensjoni tal-proċedimenti nazzjonali
Forma u kontent tar-rinviju
Kostijiet u għajnuna legali
Il-proċedura għal deċiżjoni preliminari quddiem il-QtĠ-UE hi bla ħlas. Fejn ikun neċessarju, il-qorti tar-rinviju tieħu deċiżjoni dwar l-ispejjeż imġarrba mill-partijiet.
Ir-rwol tar-Reġistru tal-QtĠ-UE
Rinviji mħaffa u urġenti
META JAPPLIKAW IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET?
Dawn jissostitwixxu rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa fl-2012 u japplikaw mill-25 ta’ Novembru 2016.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Rakkomandazzjonijiet għall-qrati u t-tribunali nazzjonali fir-rigward tal-bidu tal-proċedura għal deċiżjoni preliminarja (ĠU C 439, 25.11.2016, pp. 1-8)
Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - Parti Sitta — Instituzzjonijiet u provvisti finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 5 — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 267 (eks-Artikolu 234 Kunsill Ekonomiku Transatlantiku) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 164)
DOKUMENTI RELATATI
Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — Artikolu 19 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 27)
Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L 265, 29.9.2012, pp. 1-42)
Emenda għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 65)
l-aħħar aġġornament 31.10.2017