Ftehim dwar l-estradizzjoni mal-Istati Uniti

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka

Id-Deċiżjoni 2009/820/PESK dwar il-konklużjoni tal-Ftehimiet dwar l-estradizzjoni u dwar l-assistenza legali reċiproka bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka

Id-Deċiżjoni 2003/516/KE dwar l-iffirmar tal-Ftehimiet dwar l-estradizzjoni u l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

Il-ftehim jistipula l-kundizzjonijiet fir-rigward tal-estradizzjoni tal-awturi tar-reati bejn l-UE u l-Istati Uniti bil-għan li tittejjeb il-kooperazzjoni fi ħdan ir-relazzjonijiet ta’ estradizzjoni applikabbli tagħhom.

Id-deċiżjoni tikkonkludi f’isem l-UE l-ftehim dwar l-estradizzjoni mal-Istati Uniti.

PUNTI EWLENIN

Il-ftehim jissupplimenta t-trattati bilaterali dwar l-estradizzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Istati Uniti u jsaħħaħ il-kooperazzjoni fil-kuntest tar-relazzjonijiet applikabbli dwar l-estradizzjoni.

Reati li jwasslu għall-estradizzjoni

Reati li jwasslu għall-estradizzjoni jikkonsistu minn:

Jekk il-pajjiż rikjest jagħti estradizzjoni għal reat li jwassal għall-estradizzjoni, dan jeħtieġlu jagħti wkoll estradizzjoni għal kull reat ieħor inkluż fit-talba, sakemm ir-reat l-ieħor ikun punibbli b’mhux anqas minn sena priġunerija u r-rekwiżiti l-oħra kollha għall-estradizzjoni jkunu ssodisfati.

Talbiet għall-estradizzjoni

Proċeduri għall-estradizzjoni

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2010.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 181, 19.7.2003, pp. 27-33)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/820/PESK tat-23 ta’ Ottubru 2009 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ftehim dwar l-għajnuna legali reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 291, 7.11.2009, pp. 40-41)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/516/KE tas-6 ta’ Ġunju 2003 li tirrigwarda l-firma ta’ numru ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka dwar l-estradizzjoni u l-għajnuna legali reċiproka f’materji kriminali (ĠU L 181, 19.7.2003, pp. 25-26)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/933/PESK tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-estensjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-ambitu territorjali tal-Ftehim dwar l-estradizzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 325, 11.12.2009, pp. 4-5)

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehimiet dwar l-Estradizzjoni u dwar l-Assistenza Legali Reċiproka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 323, 10.12.2009, p. 11)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri — Dikjarazzjonijiet li għamlu xi Stati Membri dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru (ĠU L 190, 18.7.2002, pp. 1-20)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2002/584/ĠAI ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 05.12.2019