Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil

Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil biex isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam u jassistihom biex ikampaw f'sitwazzjonijiet ta' kriżi.

ATT

Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil.

SOMMARJU

L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil (EASO) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE) u ilu jaħdem sa mill-2011. Il-funzjoni tiegħu hija li:

L-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera dalwaqt għandhom jissieħbu fl-EASO bħala pajjiżi assoċjati, ladarba l-ftehimiet innegozjati mill-UE ma' kull wieħed minnhom jkunu ġew ratifikati.

Appoġġ għall-kooperazzjoni tal-Istati Membri fuq kwistjonijiet ta' asil

Ir-rwol tal-EASO f'dan il-qasam jikkonsisti minn:

Appoġġ għal Stati Membri soġġetti għal pressjoni speċifika

L-EASO jikkoordina l-għajnuna ta' emerġenza lil Stati Membri li l-faċilitajiet ta' lqugħ u s-sistemi ta' asil tagħhom huma soġġetti għal pressjonijiet kbar b'mod eċċezzjonali, billi jipprovdi appoġġ u assistenza temporanja.

Din l-għajnuna tinvolvi prinċipalment l-użu, fl-Istati Membri li jitolbuha, ta' timijiet ta' appoġġ għall-asil li jipprovdu l-ħila esperta tagħhom relatata mas-servizzi ta' interpretazzjoni, informazzjoni dwar il-pajjiż ta' oriġini u għarfien dwar il-maniġġ u ġestjoni ta' każijiet ta' asil.

Meta l-EASO jiddeċiedi li jikkoloka tim ta' appoġġ għall-asil wieħed jew aktar, huwa jfassl pjan operattiv flimkien mal-Istat Membru li jitlob dan, sabiex jiddefinixxi:

L-esperti tat-tim ta' appoġġ huma magħmulin disponibbli mill-Istati Membri u huma parti mill-Grupp ta' Intervent tal-Asil tal-EASO.

Implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA)

L-EASO jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-SEKA kemm ġewwa kif ukoll barra mill-UE.

F'termini tad-dimensjoni interna tas-SEKA, il-kontribuzzjoni tal-EASO hija prinċipalment sabiex:

F'termini tad-dimensjoni esterna tas-SEKA, l-EASO huwa responsabbli b'mod speċjali għal:

L-istruttura tal-EASO u l-governanza

Il-Bord Maniġerjali huwa l-awtorità tal-ippjanar u ta' monitoraġġ tal-EASO. Huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri tal-UE u ta' pajjiżi assoċjati, il-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR).

Id-Direttur Eżekuttiv jinħatar mill-Bord Maniġerjali u huwa responsabbli mill-amministrazzjoni ta' kuljum tal-aġenzija. Huwa r-rappreżentant legali tiegħu.

Il-Forum Konsultattiv huwa spazju għal djalogu bilaterali li ma jaqta' xejn, skambju ta' informazzjoni u kondiviżjoni ta' għarfien bejn l-EASO u s-soċjetà ċivili. Ilaqqa' flimkien lil esperti fuq aspetti varji tal-asil.

L-uffiċċju jikseb l-introjtu tiegħu prinċipalment permezz ta' kontribuzzjoni rreġistrata fil-baġit tal-UE ġenerali u mill-kontribuzzjonijiet minn pajjiżi assoċjati.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolment (UE) Nru. 439/2010

18.6.2010

-

ĠU L 132, 29.5.2010

ATTI RELATATI

Deċiżjoni 2010/762/UE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tal- 25 ta’ Frar 2010 li tiddetermina s-sede tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Asil (ĠU L 324, 9.12.2010).

Din id-deċiżjoni tistabbilixxi s-sede tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil fil-Belt Valletta, Malta.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/185/EU tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ għall-Asil (ĠU L 102, 5.4.2014).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/186/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (ĠU L 102, 5.4.2014).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/194/EU tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 106, 9.4.2014).

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/204/EU tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 109, 12.4.2014).

L-aħħar aġġornament: 22.07.2014