Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

Biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-UE qiegħda tneħħi gradwalment is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Biex jintlaħaq dan, ipprojbixxiet il-produzzjoni u l-bejgħ tas-sustanzi l-aktar perikolużi, bħal klorofluworokarboni (CFCs) u stabbilixxiet proċeduri għal oħrajn.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jagħmlu ħsara lis-saff tal-ożonu. Jistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-miżuri għall-prodotti u t-tagħmir li jużaw dawn is-sustanzi. Ġie emendat xi ftit għal 3 darbiet.

PUNTI EWLENIN

DAN IR-REGOLAMENT MINN META JAPPLIKA?

Mill-1 ta’ Jannar 2010.

TERMINI EWLENIN

Materja prima: kwalunkwe sustanza kkontrollata jew sustanza ġdida li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tiġi kompletament ikkonvertita mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha huma insinifikanti.

Aġenti tal-proċess: sustanzi kkontrollati użati bħala aġenti kimiċi tal-proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III.

Għal aktar informazzjoni, ara s-Sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika tal-Kummissjoni Ewropea.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali t

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

20.11.2009

Mhux applikabbli, ir-Regolament huwa applikabbli direttament Madankollu, il-pajjiżi tal-UE huma obbligati jiddefinixxu rekwiżiti minimi ta’ kwalifikazzjoni għall-persunal (1.1.2010) u biex jistabbilixxu regoli dwar il-pieni (30 ta’ Ġunju 2011).

ĠU L 286 tal-31.10.2009, p. 1-30

Att(i) li jemenda(w)

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 744/2010

8.9.2010

-

ĠU L 218 tad-19.8.2010, p. 2-8

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2013

25.11.2013

-

ĠU L 293 tal-5.11.2013, p. 28

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2013

25.11.2013

-

ĠU L 293 tal-5.11.2013, p. 29-30

Emendi sussegwenti u korrezzjonijiet għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur purament dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 02.04.2015