Eurojust

L-Eurojust, li ġiet stabbilita fl-2002, hija aġenzija tal-UE fdata bit-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja permezz ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja aktar mill-qrib fi ħdan l-UE. Is-sede tagħha tinsab fl-Aja. Hija komposta minn kulleġġ ta’ 28 membru nazzjonali, li huma mħallfin, prosekuturi jew uffiċjali tal-pulizija ta’ esperjenza u b’kompetenza ekwivalenti minn kull pajjiż tal-UE.

L-Artikolu 85 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE pprovda bażi għall-iżvilupp ulterjuri ta’ Eurojust, billi estenda l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu sabiex jinkludi reati kriminali serji li ma jaffettwawx biss 2 pajjiżi jew aktar, iżda li jirrikjedu wkoll li ssir prosekuzzjoni fuq bażijiet komuni. Bl-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament u l-Kunsill jiddeterminaw l-istruttura, l-operat u l-kompiti tal-Eurojust, li jistgħu jinkludu l-bidu ta’ investigazzjonijiet kriminali jew proposta għall-bidu tal-prosekuzzjonijiet.

L-Eurojust tikkoopera wkoll ma’ pajjiżi terzi u ma’ korpi oħrajn tal-UE bħan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, l-Europol u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

ARA WKOLL