It-tnaqqis ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sal-2020: Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi

Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD) tistabbilixxi miri annwali vinkolanti dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-perjodu bejn l-2013-20. Dawn il-miri jittrattaw emissjonijiet minn ħafna mis-setturi li mhumiex inklużi fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), bħat-trasport (ħlief għall-avjazzjoni u t-tbaħħir marittimu internazzjonali), il-bini, l-agrikoltura u l-iskart.

ATT

Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020

SOMMARJU

Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESD) tistabbilixxi miri annwali vinkolanti dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għall-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-perjodu bejn l-2013-20. Dawn il-miri jittrattaw emissjonijiet minn ħafna mis-setturi li mhumiex inklużi fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), bħat-trasport (ħlief għall-avjazzjoni u t-tbaħħir marittimu internazzjonali), il-bini, l-agrikoltura u l-iskart.

Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tifforma parti minn sett ta’ linji politiċi u miżuri dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija - magħruf bħala l-pakkett dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima - li se jgħin biex iressaq lill-Ewropa lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju u tiżdied is-sigurtà tal-enerġija tagħha.

X’TAGĦMEL ID-DEĊIŻJONI?

Id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tistabbilixxi miri nazzjonali ta’ emissjonijiet għall-2020, espressi bħala tibdil fil-perċentwal mil-livelli ta’ emissjonijiet tal-2005. Tiffissa wkoll l-ammont ta’ tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b'effett serra li kull pajjiż tal-UE jista' jarmi fis-sena mill-2013 sal-2020 fis-setturi koperti mid-Deċiżjoni.

PUNTI EWLENIN

META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?

Mill-2013 sal-2020.

SFOND

Biex tindirizza t-tisħin globali, l-Unjoni Ewropea (UE) hija impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra tagħha b’mill-inqas 20 % sal-2020 meta mqabbla mal-1990. Biex tilħaq din il-mira, l-UE adottat 2 liġijiet ewlenin:

Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna web tal-Kummissjoni Ewropea dwar id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni Nru 406/2009/KE

25.6.2009

-

ĠU L 140 tal-5.6.2009, p. 136-148.

ATTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 90 tat-28.3.2013, p. 106-110).

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 292 tal-1.11.2013, p. 19-22).

l-aħħar aġġornament 26.03.2015



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.