COREU (CORespondance EUropéenne)

COREU huwa netwerk ta’ komunikazzjoni bejn is-27 Stat Membru tal-UE, il-Kunsill, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni Ewropea.

Billi jipprovdi fluss regolari ta’ informazzjoni, jiffaċilita l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ politika barranija u ta’ sigurtà u l-implimentazzjoni tagħhom.

COREU jippermetti lill-UE tirreaġixxi malajr f’emerġenzi, pereżempju billi tapprova pożizzjoni tal-UE fi kwistjonijiet ta’ Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) permezz ta’ proċedura ta’ silenzju fi żmien qasir ħafna, kif definit fl-Artikolu 12 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill.

ARA WKOLL