L-iżgurar tas-sikurezza tal-ġugarelli fl-Unjoni Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2009/48/KE dwar is-sikurezza tal-ġugarelli

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija tistipula r-rekwiżiti ta’ sikurezza li l-ġugarelli disponibbli fl-UE għandhom jissodisfaw. Dawn ir-rekwiżiti huma mfassla biex jipprovdu livell għoli ta’ saħħa u sikurezza, biex jipproteġu lill-pubbliku u lill-ambjent u biex jiggarantixxu l-moviment liberu tal-ġugarelli fl-UE.

Tidentifika r-responsabbiltajiet partikolari ta’ operaturi differenti fil-katina tal-provvista mill-manifattur għall-importatur/bejjiegħ/distributur.

PUNTI EWLENIN

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Lulju 2009 u kellha tapplika fil-pajjiżi tal-UE mill-20 ta’ Lulju 2011 (ħlief għar-regoli dwar il-kimiċi li kellhom japplikaw mill-20 ta’ Lulju 2013).

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 170, 30.6.2009, pp. 1-37)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/48/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/725 tas-16 ta’ Mejju 2018 li temenda, għall-finijiet ta’ adattament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-punt 13 tal-parti III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-kromju VI (ĠU L 122, 17.5.2018, pp. 29-31)

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/898 tal-24 ta’ Mejju 2017 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-bisfenol A (ĠU L 138, 25.5.2017, pp. 128-130)

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2017/774 tat-3 ta’ Mejju 2017 li temenda l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-fenol, sabiex jiġu adottati valuri ta’ limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli (ĠU L 115, 4.5.2017, pp. 47-49)

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/738 tas-27 ta’ Marzu 2017 li temenda l-Anness II għad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli fir-rigward taċ-ċomb, biex tadatta mal-progress tekniku (ĠU L 110, 27.4.2017, pp. 6-8)

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, pp. 1-1355)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, pp. 1-849). Test pubblikat mill-ġdid fil-corrigendum (ĠU L 136, 29.5.2007, pp. 3–280)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 20.07.2018