Il-kompetizzjoni fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 — regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni

L-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) — regoli li japplikaw għal impriżi: prevenzjoni, restrizzjoni jew distorsjoni tal-kompetizzjoni

L-Artikolu 102 tat-TFUE — regoli li japplikaw għal impriżi: abbuż minn kumpaniji f’pożizzjoni dominanti

XI INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT U TAL-ARTIKOLI 101 U 102 TAT-TFUE?

Ir-regolament jistipula r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE kif japplikaw għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

L-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE jipprojbixxu l-ftehimiet antikompetittivi u l-prattiki miftiehma bejn l-intrapriżi kif ukoll l-abbużi minn pożizzjoni dominanti*.

PUNTI EWLENIN

Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 japplika għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma li għandhom bħala l-għan jew l-effett tagħhom:

Eċċezzjoni għall-ftehimiet tekniċi

Madankollu, il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-TFUE ma tapplikax għal ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki maqbula li l-fini u l-effett tagħhom huma li japplikaw titjib tekniku jew li jiksbu kooperazzjoni teknika permezz ta’:

Eżenzjoni għal gruppi ta’ impriżi ta’ daqs żgħir u medju

Ir-regolament jippermetti wkoll l-eżenzjoni ta’ gruppi ta’ impriżi ta’ daqs żgħir u medju sakemm:

Madankollu, jekk l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiki maqbula jkollha effetti li jkunu inkompatibbli mal-Artikolu 101(3) tat-TFUE, l-impriżi jistgħu jkunu meħtieġa li jwaqqfu dawn l-effetti.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-25 ta’ Marzu 2009.

Ir-Regolament (KE) Nru 169/2009 jikkodifika u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1017/68 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13(3) ta’ dak ir-regolament, li jibqa’ japplika għad-deċiżjonijiet adottati fil-qafas tal-Artikolu 5 ta’ dak ir-regolament qabel l-1 ta’ Mejju 2004, sal-iskadenza tagħhom.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Abbużi minn pożizzjoni dominanti: meta intrapriża tinsab f’pożizzjoni ta’ saħħa ekonomika u tisfrutta din il-pożizzjoni fir-rigward tal-kompetituri u/jew tal-konsumaturi tagħha. L-eżempji jinkludu l-bejgħ bi prezzijiet tant baxxi li kompetituri iżgħar ma jkunux jistgħu joperaw bi prezzijiet tal-istess livell.

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 169/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permezz tal-passaġġi fuq l-ilma interni (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 61, 5.3.2009, pp. 1-5)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Tlieta — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq is-suq, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88-89)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti Tlieta — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq is-suq, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — Artikolu 102 (ex Artikolu 82 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 89)

l-aħħar aġġornament 06.03.2018