Eżenzjoni għal ftehim ta’ provvista vertikali u għal ftehim tad-distribuzzjoni

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 330/2010 — applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ ftehimiet vertikali u prattiki miftiehma

L-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT U TAL-ARTIKOLU 101 TAT-TFUE?

L-Artikolu 101(1) TFUE jipprojbixxi ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-UE u li jipprevjenu, jirrestrinġu jew joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, ftehimiet li joħolqu benefiċċji biżżejjed biex jegħlbu l-effetti anti-kompetittivi huma eżentati minn din il-projbizzjoni skont l-Artikolu 101(3) TFUE.

Ir-regolament jagħti eżenzjoni fi blokk mill-Artikolu 101(1) TFUE għal ftehimiet vertikali* li jissodisfaw ċerti rekwiżiti. Dawn il-ftehimiet jistgħu, pereżempju, jgħinu lil manifattur biex jidħol f’suq ġdid, jew jevitaw is-sitwazzjoni fejn distributur “ japprofitta ruħu” mill-isforzi promozzjonali ta’ distributur ieħor, jew jippermettu lil fornitur jiddeprezza investiment magħmul għal klijent partikolari.

PUNTI EWLENIN

Rekwiżiti għall-applikazzjoni tar-regolament

Ċerti rekwiżiti jridu jiġu ssodisfati qabel ma ftehim vertikali partikolari jiġi eżentat mill-Artikolu 101(1) TFUE:

Restrizzjonijiet “fundamentali”

Hemm 5 restrizzjonijiet li jwasslu għall-esklużjoni tal-ftehim kollu mill-benefiċċju tar-regolament, anke jekk l-ishma tas-suq tal-fornitur u x-xerrej huma taħt it-30 %. Dawn huma kkunsidrati bħala restrizzjonijiet severi tal-kompetizzjoni minħabba l-ħsara li x’aktarx jikkawżaw lill-konsumaturi. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dawn se jiġu pprojbiti u huwa kkunsidrat mhux probabbli li l-ftehimiet vertikali li jkun fihom dawn ir-restrizzjonjiet, jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE:

Il-limitu tas-sehem tas-suq ta’ 30 %

Ftehim vertikali huwa kopert b’dan ir-regolament jekk la l-fornitur u lanqas ix-xerrej tal-prodotti jew tas-servizzi ma jkollhom sehem mis-suq li jaqbeż it-30 %. Għall-fornitur, huwa s-sehem tas-suq tiegħu fis-suq tal-provvista rilevanti, jiġifieri s-suq li fih ibiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li huwa deċiżiv għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni ta’ kategorija Għall-fornitur, huwa s-sehem tas-suq tiegħu fis-suq tal-provvista rilevanti, jiġifieri s-suq li fih ibiegħ l-oġġetti jew is-servizzi li huwa deċiżiv għall-applikazzjoni tar-regolament ta’ eżenzjoni.

Ir-restrizzjonijiet esklużi

Ir-regolament japplika għar-restrizzjonijiet vertikali kollha minbarra dawk imsemmija hawn fuq. Madankollu, jimponi kundizzjonijiet speċifiċi fuq 3 restrizzjonijiet vertikali:

Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, dawn ir-restrizzjonijiet vertikali huma esklużi mill-eżenzjoni mir-regolament. Madankollu, ir-regolament ikompli japplika għall-bqija tal-ftehim vertikali jekk dik il-parti tista’ topera indipendentement mir-restrizzjonijiet vertikali mhux eżentati.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll linji gwida dwar restrizzjonijiet vertikali. Dawn jiddeskrivu l-approċċ meħud lejn ftehimiet vertikali mhux koperti mir-regolament.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Huwa applika mill-1 ta’ Ġunju 2010 u se jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2022.

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Ftehimiet vertikali: ftehimiet għall-bejgħ u x-xiri ta’ oġġetti jew servizzi bejn kumpaniji li joperaw f’livelli differenti tal-katina tal-produzzjoni jew tad-distribuzzjoni, pereżempju, ftehim ta’ distribuzzjoni bejn il-manifatturi u l-bejjiegħa bl-ingrossa jew bejjiegħa bl-imnut.

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, pp. 1-7)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88-89)

DOKUMENTI RELATATI

Linji Gwida dwar Restrizzjonijiet Vertikali (ĠU C 130, 19.5.2010, pp. 1-46)

l-aħħar aġġornament 08.01.2019