Espożizzjoni għal karċinoġeni u mutaġeni

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2004/37/KE — dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hi tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema kontra r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom li jinħolqu, jew li x’aktarx jinħolqu, mill-esposizzjoni għal karċinoġeni* u mutaġeni* fuq il-post tax-xogħol. Sabiex tnaqqas ir-riskji assoċjati ma’ esposizzjoni bħal din għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, tistabbilixxi miżuri preventivi u protettivi, kif ukoll limiti ta’ esposizzjoni.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-direttiva tapplika għal sustanza jew taħlita li tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala karċinoġen ta’ kategorija 1A jew 1B jew mutaġen ta’ ċelloli ġerminali ta’ kategorija 1A jew 1B fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (Klassifikazzjoni, imballaġġ u tikkettar ta’ kimiċi u t-taħlitiet tagħhom). Barra minn hekk, japplika għal sustanza, taħlita jew proċess karċinoġeniku msemmi fl-Anness I tad-direttiva, kif ukoll sustanza jew taħlita rilaxxata bi proċess imsemmi f’dak l-anness. Wara l-emenda tad-direttiva fl-2017, dan l-anness fih 6 annotazzjonijiet:

Id-direttiva ma tapplikax għal ħaddiema esposti biss għar-radjazzjoni koperta mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

Dan japplika għal ħaddiema esposti għall-asbestos meta r-regoli tiegħu huma aktar favorevoli għas-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol minn dawk tad-Direttiva 2009/148/KE (Protezzjoni tal-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-asbestos).

Id-Direttiva 89/391/KEE (Saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol - regoli ġenerali) tapplika bis-sħiħ, mingħajr preġudizzju għal regoli aktar vinkolanti u/jew aktar speċifiċi li jinsabu f’din id-direttiva.

Determinazzjoni tal-espożizzjoni u l-valutazzjoni tar-riskji

Fil-każ ta’ kwalunkwe attività li x’aktarx tinvolvi riskju ta’ esponiment għal karċinoġeni jew mutaġeni, in-natura, il-grad u t-tul tal-esponiment tal-ħaddiema għandhom jiġu determinati fuq bażi regolari sabiex jiġi evalwat kwalunkwe riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema u jiġu deċiżi passi li għandhom jittieħdu. Għandhom jitqiesu r-rotot kollha ta’ espożizzjoni, inkluż l-assorbiment fi u/jew mill-ġilda. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ħaddiema li huma speċjalment f’riskju.

Id-Direttiva 2014/27/UE tallinja d-Direttiva 2004/37/KE mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 li stabbilixxa sistema ġdida għall-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet fl-UE, ibbażata fuq is-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi f’livell internazzjonali.

Direttiva (UE) 2017/2398 taġġorna d-Direttiva 2004/37/KE billi:

OBBLIGI TA’ MIN IĦADDEM

Tnaqqis u sostituzzjoni

Dawk li jħaddmu għandhom inaqqsu l-użu ta’ karċinoġenu jew mutaġenu, b’mod partikolari billi jissostitwixxuh, safejn huwa teknikament possibbli, b’sustanza, taħlita jew proċess li mhux perikoluż jew inqas perikoluż.

Prevenzjoni u tnaqqis tal-esponiment

Meta ma jkunx possibbli li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu jiġi sostitwit, min iħaddem għandu jiżgura li l-karċinoġenu jew il-mutaġenu jiġi mmanifatturat u użat f’sistema magħluqa. Jekk dan ma jkunx teknikament possibbli, min iħaddem għandu jiżgura li l-livell ta’ espożizzjoni jkun baxx kemm jista’ jkun teknikament possibbli.

L-espożizzjoni m’għandhiex taqbeż il-limiti stabbiliti fl-Anness III.

Diversi miżuri għandhom jiġu applikati minn min iħaddem kull meta jintuża karċinoġenu jew mutaġenu.

Informazzjoni għall-awtorità kompetenti

Min iħaddem għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti, fuq talba, b’informazzjoni relatata ma’ materji bħal, per eżempju, ir-raġunijiet għall-użu ta’ karċinoġeni jew mutaġeni, il-miżuri preventivi meħuda jew in-numru ta’ ħaddiema esposti.

Esponiment imprevedibbli

Fil-każ ta’ inċidenti jew aċċidenti imprevedibbli li x’aktarx iwasslu għal ħaddiema li jkunu esposti b’mod anormali, min iħaddem għandu jinforma lill-ħaddiema tiegħu. Għandhom jintlibsu ħwejjeġ protettivi kif ukoll tagħmir protettiv personali respiratorju u l-espożizzjoni għandha tinżamm għall-minimu strett meħtieġ u ħaddiema li huma essenzjali għax-xogħol biss għandhom jitħallew jaħdmu fiż-żona kkonċernata.

Esponiment prevedibbli

Fejn ikun hemm riskju prevedibbli ta’ żieda fl-espożizzjoni, pereżempju, waqt ix-xogħol ta’ manutenzjoni, u wara li jkunu ttieħdu l-miżuri preventivi l-oħra kollha, min iħaddem għandu jiddeċiedi l-miżuri meħtieġa biex inaqqas it-tul tal-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-minimu possibbli u biex jiżgura li dawn huma protetti matul dawn l-attivitajiet. Għandhom jintlibsu ħwejjeġ protettivi kif ukoll tagħmir protettiv personali respiratorju u l-espożizzjoni għandha tinżamm għall-minimu strett meħtieġ. Barra minn hekk, iż-żoni użati għal tali attivitajiet għandhom ikunu demarkati u indikati b’mod ċar.

Aċċess għal żoni ta’ riskju

Min iħaddem għandu jirrestrinġi l-aċċess għal żoni ta’ riskju għal dawk il-ħaddiema li, minħabba x-xogħol jew id-dmirijiet tagħhom, huma meħtieġa li jidħlu f’dawn iż-żoni.

Miżuri dwar l-iġjene u l-protezzjoni personali

Dawk li jħaddmu huma meħtieġa li jieħdu l-miżuri li ġejjin dwar l-iġjene u l-protezzjoni personali għall-attivitajiet kollha li jġorru riskju ta’ kontaminazzjoni:

Il-ħaddiema m’għandhomx ibatu l-ispejjeż ta’ dawn il-miżuri.

Informazzjoni, taħriġ u konsultazzjoni tal-ħaddiema

Min iħaddem għandu jieħu passi xierqa biex jiżgura li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jirċievu taħriġ suffiċjenti u xieraq dwar:

Min iħaddem għandu jiżgura li l-kontenituri, il-pakketti u l-installazzjonijiet li jkun fihom karċinoġeni jew mutaġeni jkunu ttikkettjati b’mod ċar u leġibbli, u li s-sinjali ta’ twissija jkunu murija b’mod ċar.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu jistgħu jikkontrollaw jekk id-direttiva tkunx qed tiġi applikata b’mod korrett. Għandhom ikunu infurmati kemm jista’ jkun malajr fil-każ ta’ espożizzjoni anormali.

Dawk li jħaddmu għandu jkollhom lista aġġornata ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet li jġorru riskju għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom f’termini ta’ espożizzjoni għal karċinoġeni u mutaġeni.

Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu kkonsultati dwar u involuti fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni u mutaġeni.

MIŻURI MIXXELLANJI

Monitoraġġ tas-saħħa

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jistabbilixxu arranġamenti għall-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħaddiema sabiex, jekk xieraq, is-saħħa tagħhom tkun immonitorjata b’mod adegwat qabel l-espożizzjoni u wara f’intervalli regolari. Dawn l-arranġamenti għandhom ikunu tali li jkun possibbli li jiġu applikati miżuri tas-saħħa individwali u relatati max-xogħol. Meta s-saħħa ta’ ħaddiem tiġi sorveljata, għandu jinħoloq fajl mediku individwali.

Wara l-emenda tad-Direttiva 2004/37/KE bid-Direttiva (UE) 2017/2398, il-monitoraġġ tas-saħħa jista’, wara parir ta’ tabib jew awtorità responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema, ikompli wara t-tmiem tal-espożizzjoni sakemm ikun ikkunsidrat li jkun neċessarju biex jissalvagwardja s-saħħa tal-ħaddiem ikkonċernat.

Rakkomandazzjonijiet prattiċi relatati mal-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħaddiema jistgħu jinstabu fl-Anness II.

Il-każijiet kollha ta’ kanċer identifikati bħala li jirriżultaw mill-esponiment fuq ix-xogħol għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorità kompetenti. Il-pajjiżi tal-UE għandhom iqisu din l-informazzjoni fir-rapporti tagħhom sottomessi lill-Kummissjoni Ewropea skont id-Direttiva 89/391/KEE.

Valutazzjoni

Id-Direttiva (UE) 2017/2398 teħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa, bħala parti mill-evalwazzjoni li jmiss tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/37/KE, il-ħtieġa li timmodifika l-valur tal-limitu għal trab tas-silika kristallina respirabbli.

Barra minn hekk, sa l-ewwel kwart tal-2019, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fl-għarfien xjentifiku, tevalwa l-għażla li temenda l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva biex tinkludi s-sustanzi reprotossiċi*.

Żamma ta’ rekords

Il-lista aġġornata ta’ ħaddiema li ġew esposti, li min iħaddem huwa meħtieġ li jżomm, u fajls mediċi individwali għandhom jinżammu għal mill-inqas 40 sena wara t-tmiem ta’ l-espożizzjoni.

Valuri ta’ limitu

Wara l-emenda tad-Direttiva fl-2017, l-Anness III fih il-valuri tal-limiti għas-sustanzi li ġejjin:

Għall-monomer tal-vinil klorur u t-trab tal-injam iebes, id-Direttiva (UE) 2017/2398 tirrevedi l-valuri limiti fid-dawl ta’ dejta xjentifika aktar reċenti. Għal 11-il karċinoġenu ġdid, ġew introdotti valuri tal-limitu ta’ esponiment fuq ix-xogħol.

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mill-20 ta’ Mejju 2004. Direttiva 2004/37/KE tikkodifika u tissostitwixxi Direttiva 90/394/KEE u l-emendi suċċessivi tagħha, Direttivi 97/42/KE u 1999/38/KE. L-iskadenzi għal dawk id-direttivi biex isiru liġijiet nazzjonali (mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2003) komplew japplikaw.

Il-pajjiżi tal-UE jridu jinkorporaw il-miżuri introdotti mid-Direttiva (UE) 2017/2398 fil-liġi nazzjonali sas-17 ta’ Jannar 2020.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Karċinoġeni: sustanzi bil-potenzjal li jikkawżaw il-kanċer f’organiżmu.
Mutaġeni: sustanzi li jbiddlu l-materjal ġenetiku ta’ organiżmu.
Sustanzi reprotossiċi: sustanzi li jinterferixxu mar-riproduzzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati ma’ l-esposizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (Sitt Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (ĠU L 158, 30.4.2004, pp. 50-76).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2004/37/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Direttiva (UE) 2017/2398 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (ĠU L 345, 27.12.2017, pp. 87-95)

Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, pp. 28-36)

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, pp. 1-1355)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1-8)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 20.04.2018