Is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-industriji tal-estrazzjoni
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
Din tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għas-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta’ ħaddiema f’industriji għall-estrazzjoni tal-minerali.
PUNTI EWLENIN
Id-direttiva tkopri industriji għall-estrazzjoni tal-minerali fuq u taħt l-art, inkluż it-tiftix u l-preparazzjoni ta’ materjali estratti għall-bejgħ. Din ma tkoprix l-ipproċessar sussegwenti tal-materjali estratti.
Sabiex jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema, min iħaddem għandu jiżgura li:
— |
il-postijiet tax-xogħol huma ddisinjati u organizzati b’tali mod li l-ħaddiema jistgħu jaħdmu mingħajr ma jpoġġu s-saħħa u s-sigurtà tagħhom jew ta’ ħaddiema oħrajn fil-periklu,
|
— |
għandu dejjem ikun hemm sorveljanza minn persuna inkarigata,
|
— |
ix-xogħol li jinvolvi riskju speċjali jingħata biss lil ħaddiema kompetenti u jitwettaq skont l-istruzzjonijiet,
|
— |
l-istruzzjonijiet ta’ sigurtà kollha għandhom jinftiehmu mill-ħaddiema kollha kkonċernati,
|
— |
ikunu pprovduti faċilitajiet tal-ewwel għajnuna, u
|
— |
l-eżerċizzji ta’ sigurtà jitwettqu f’intervalli regolari.
|
Irid jitfassal dokument li jikkonċerna s-saħħa u s-sigurtà minn min iħaddem għall-implimentazzjoni tal-miżuri kollha ta’ saħħa u sigurtà, li juri li r-riskji li huma esposti għalihom il-ħaddiema ġew evalwati, u li l-post tax-xogħol huwa sikur. Meta jkunu preżenti ħaddiema minn kumpaniji oħrajn, id-dokument għandu jiddeskrivi wkoll l-għanijiet tal-proċeduri ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni.
Barra minn hekk, min iħaddem se:
— |
jirrapporta inċidenti fuq ix-xogħol serji u sitwazzjonijiet ta’ periklu serju lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien,
|
— |
jieħu miżuri biex jevita, jiskopri u jikkumbatti nirien, u ambjenti splussivi jew ambjenti oħrajn ta’ periklu għas-saħħa,
|
— |
jipprovdi mezzi ta’ evakwazzjoni u salvataġġ fil-każ ta’ periklu,
|
— |
jipprovdi sistemi ta’ twissija u ta’ komunikazzjoni oħrajn biex jippermetti operazzjonijiet ta’ assistenza, evakwazzjoni u ta’ salvataġġ,
|
— |
jinforma lill-ħaddiema dwar il-miżuri li ttieħdu dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
|
— |
jiżgura li l-ħaddiema jsirulhom kontrolli tas-saħħa regolari relatati mal-attivitajiet tagħhom,
|
— |
jiżgura l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fuq kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà.
|
Ir-rekwiżiti dettaljati huma stabbiliti fl-annessi għad-direttiva.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Hija daħlet fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 1992.
SFOND
Saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol: Qasam tal-attività fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
ATT
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/104/KEE tat-3 ta’ Diċembru 1992 dwar il-ħtiġijiet minimi biex tittejjeb is-sigurtà u l-protezzjoni tas-saħħa ta’ ħaddiema ta’ l-industriji għall-estrazzjoni tal-minerali kemm fuq, kif ukoll taħt l-art (it-tnax-il Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)
REFERENZI
Att |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Direttiva 92/104/KEE |
7.12.1992 |
7.12.1994 |
Att(i) li jemenda(w) |
Dħul fis-seħħ |
Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
Direttiva 2007/30/KE |
28.6.2007 |
31.12.2012 |
l-aħħar aġġornament 15.10.2015