Postijiet ta’ xogħol temporanji jew mobbli

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 92/57/KEE — dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DIRETTIVA?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-Direttiva tapplika għal postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli* fis-setturi kollha ta’ attività, kemm pubblikċi jew privati, inklużi s-setturi industrijali, agrikoli, kummerċjali, amministrattivi, ta’ servizz, edukattivi, kulturali u ta’ divertiment.

Ma tapplikax għal tħaffir u estrazzjoni fl-industriji estrattivi.

Pjan ta’ sigurtà u saħħa

Il-klijent* jew il-persuna li tissorvelja l-proġett* għandha:

Preparazzjoni tal-proġett

Il-klijent jew il-persuna li tissorvelja l-proġett għandhom japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-prevenzjoni tad-Direttiva 89/391/KEE u l-pjan tas-sigurtà waqt:

Il-koordinaturi jridu:

Implimentazzjoni tal-proġett

Waqt l-implimentazzjoni, il-koordinaturi jridu:

Ir-responsabbilitajiet tal-klijenti, tal-persuni li jissorveljaw il-proġett u ta’ min jimpjega

Anke fejn ikun inħatar koordinatur, il-klijent jew il-persuna li tissorvelja l-proġett xorta għandhom responsabbiltajiet fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sigurà u saħħa:

Informazzjoni lill-ħaddiema, konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Skont id-Direttiva 89/391/KEE, il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom iridu jkunu:

Direttiva li temenda

Id-Direttiva 2007/30/KE issimplifikat ir-rekwiżiti ta’ rappurtar lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 89/391/KEE u d-direttivi individwali varji tagħha. Il-pajjiżi tal-UE issa jridu jħejju rapport wieħed kull ħames (5) snin li jkopri l-implimentazzjoni ta’ dawn id-direttivi kollha.

Studju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva ġie ppubblikat fl-2017.

MINN META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-17 ta’ Lulju 1992 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 1993

SFOND

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli: kull post ta’ kostruzzjoni li fih isiru xogħlijiet ta’ bini jew ta’ inġinerija ċivili (lista mhux eżawrjenti hija mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva).
Klijent: kull persuna jew entità legali li għaliha jitwettaq proġett.
Persuna li tissorvelja l-proġett: kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika resposabbli għad-disinn u/jew l-esekuzzjoni u/jew is-sorveljanza tal-eżekuzzjoni ta’ proġett li taġixxi għall-klijent.
Persuni li jaħdmu għal rashom: kull persuna li mhix impjegata jew impjegatur, li l-attività professjonali tagħha tikkontribwixxi għat-tlestija ta’ proġett.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/57/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar il-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u saħħa li għandhom jiġu implimentati f’postijiet ta’ kostruzzjoni temporanji jew mobbli (it-tmien Direttiva individwali fis-sens ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 245, 26.8.1992, pp. 6-22)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 92/57/KEE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENT RELATAT

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, pp. 1-8)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 26.11.2018