Ċittadinanza tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

L-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

X’INHI Ċ-ĊITTADINANZA TAL-UE?

Kull min huwa ċittadin ta’ pajjiż tal-UE huwa awtomatikament ċittadin tal-UE. Il-prinċipju huwa stabbilit fit-Trattati tal-UE u huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp ta’ identità Ewropea. Iċ-ċittadinanza tal-UE ma tissostitwix iċ-ċittadinanza nazzjonali. Hija addizzjonali magħha u tagħti lin-nies drittijiet speċifiċi.

PUNTI EWLENIN

It-Trattat ta’ Lisbona introduċa forma addizzjonali ta’ parteċipazzjoni pubblika: l- Inizjattiva taċ-Ċittadini. Dan jippermetti lil miljun ċittadin minn “numru sinifkanti” ta’ pajjiżi tal-UE sabiex jitolbu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva fi kwalunkwe qasam fi ħdan ir-responsabbiltà tal-UE.

SFOND

Iċ-ċittadinanza tal-UE hija stabbilita fl-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-tieni parti — Non-diskriminazzjoni u ċittadinanza ta’ l-unjoni — l-Artikolu 20 (ex Artikolu 17 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 56-57)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu II — Dispożizzjonijiet dwar il-prinċipji demokratiċi — Artikolu 9 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 20)

l-aħħar aġġornament 14.01.2016