L-istatistika Ewropea tan-negozju

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/2152 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi regoli għal:

PUNTI EWLENIN

L-istatistika Ewropea tan-negozju tkopri:

Il-qafas Ewropew għar-reġistri tal-istatistika tan-negozju huwa s-sors awtorevoli għad-derivazzjoni ta’ popolazzjonijiet ta’ reġistri tal-istatistika tan-negozju ta’ kwalità għolja u armonizzati għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea tan-negozju. Dan jinkludi:

L-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE jistgħu jużaw is-sorsi li ġejjin biex jipproduċu statistika tan-negozju u jistabbilixxu reġistri tal-istatistika tan-negozju nazzjonali:

L-istatistika Ewropea tan-negozju tkopri l-oqsma li ġejjin:

Kull qasam għandu jinkludi suġġett ewlieni wieħed jew aktar, pereżempju l-popolazzjoni tan-negozju, l-outputs u l-prestazzjoni, l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku, l-inputs tar-riċerka u l-iżvilupp, il-katini tal-valuri globali u l-kummerċ internazzjonali tal-oġġetti u s-servizzi. L-Anness I għar-regolament jiddeskrivi s-suġġetti fid-dettall.

L-Anness II jistabbilixxi l-frekwenza (kull xahar, trimestrali, kull sena jew fuq diversi snin), il-perjodu ta’ referenza u l-unità statistika għal kull suġġett.

L-Istati Membri:

Japplikaw regoli speċifiċi għall-iskambju bejn il-Eurostat, l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u l-banek ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew ta’ data kunfidenzjali dwar gruppi multinazzjonali u l-kummerċ tal-UE intern tal-oġġetti, sakemm dan isir esklussivament għal għanijiet tal-istatistika.

L-Eurostat:

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati u ta’ implimentazzjoni biex temenda jew tissupplimenta l-leġiżlazzjoni, sakemm dawn ma jimponux spiża jew piż addizzjonali sinifkanti fuq l-awtoritajiet nazzjonali jew ir-rispondenti.

Billi xi settijiet tal-istatistika jinġabru kull sena, b’mod partikolari rigward is-suġġett “l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku”, xi atti jiġu adottati fuq bażi annwali biex jispeċifikaw ir-rekwiżiti tad-data għal dawk is-settijiet.

L-UE tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-istituti tal-istatistika nazzjonali u awtoritajiet oħra għal diversi attivitajiet, bħall-iżvilupp ta’ metodoloġiji ta’ kwalità aħjar jew spejjeż aktar baxxi.

Revoka

Ir-Regolament iħassar-:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Qabel, l-informazzjoni statistika dwar l-attivitajiet ekonomiċi tan-negozji nazzjonali kienet ibbażata fuq diversi partijiet tal-leġiżlazzjoni. Dan kien jipprevjeni l-konsistenza ta’ data statistika individwali u approġġ integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika tan-negozju. Ir-Regolament il-ġdid isolvi dawn il-problemi.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li jħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 327, 17.12.2019, pp. 1–35).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/2152 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/918 tat-13 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “il-Katini tal-Valuri Globali” skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 159, 14.6.2022, pp. 43–51).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1092 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “l-innovazzjoni” skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 1.7.2022, pp. 10–20).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1344 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għas-suġġett “l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku” għas-sena ta’ referenza 2023, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 2.8.2022, pp. 18–26).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2552 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-rekwiżiti tad-data għall-istatistika dettaljata dwar il-produzzjoni industrijali tas-suġġett dettaljat li jistabbilixxi t-tqassim tal-klassifikazzjoni tal-prodotti industrijali, skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197, fir-rigward tal-kopertura tal-klassifikazzjoni tal-prodotti (ĠU L 336, 29.12.2022, pp. 1–221).

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1704 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika aktar id-dettalji għall-informazzjoni statistika li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa u tad-dwana u li jemenda l-Annessi V u VI tiegħu (ĠU L 339, 24.9.2021, pp. 33–39).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1225 tas-27 ta’ Lulju 2021 li jispeċifika l-arranġamenti għall-iskambji tad-data skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197, fir-rigward tal-Istat Membru tal-esportazzjoni ekstra-Unjoni u l-obbligi tal-unitajiet tar-rapportar (ĠU L 269, 28.7.2021, pp. 58–64).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1197 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet u l-arranġamenti tekniċi skont ir-Regolament (UE) 2019/2152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea tan-negozju, li tħassar 10 atti legali fil-qasam tal-istatistika tan-negozju (ĠU L 271, 18.8.2020, pp. 1–170).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u dwar it-tqassim ġeografiku għal statistika oħra tan-negozju (ĠU L 334, 13.10.2020, pp. 2–21).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 li jikkonċerna l-istatistika għal żmien qasir (ĠU L 162, 5.6.1998, pp. 1–15).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 27.06.2022