Din tfittex li tiżgura ugwaljanza bejn is-sessi fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol fl-UE kollha billi tiffaċilita l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ħaddiema li huma ġenituri jew persuni li jindukraw.
Din tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal-liv relatat mal-familja (il-liv tal-paternità, tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw) u arranġamenti tax-xogħol flessibbli.
Din tfittex li żżid il- parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u li tikseb kondiviżjoni aħjar tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar bejn l-irġiel u n-nisa.
Din toħloq inċentivi għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs fir-responsabbiltajiet ta’ indukrar billi toħloq liv tal-paternità u tal-ġenituri bi ħlas li huwa wieħed mir-raġunijiet għaliex il-missirijiet ma tantx jużaw il-liv tagħhom.
L-iżbilanċ fit-tfassil tal-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel isaħħaħ l-isterjotipi tas-sessi u d-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar. Il-politiki dwar it-trattament indaqs għandu jkollhom l-għan li jindirizzaw il-kwistjoni tal-isterjotipi fl-okkupazzjonijiet u fir-rwoli kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa.
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Id-Direttiva hija relatata mal-irġiel u n-nisa kollha li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit mil-liġi, il-ftehimiet kollettivi jew il-prassi li jkunu fis-seħħ f’kull pajjiż tal-UE, b’kunsiderazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
Drittijiet minimi
Id-Direttiva tipprevedi drittijiet minimi individwali relatati ma’ dan li ġej:
il-liv tal-paternità, il-liv tal-ġenituri u l-liv tal-persuni li jindukraw;
l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ħaddiema li huma ġenituri, jew persuni li jindukraw; u
il-protezzjoni legali għal dawk li japplikaw għal-liv relatat mal-familja jew li jagħmlu użu minnu u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħżlu li jintroduċu jew iżommu regoli li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.
Liv tal-paternità
Il-missirijiet jew it-tieni ġenituri ekwivalenti għandhom id-dritt li jieħdu l-liv tal-paternità ta’ 10 ijiem ta’ xogħol mat-twelid tat-tarbija.
Il-liv tal-paternità għandu jitħallas fil-livell tal-paga nazzjonali għall-mard.
Id-dritt għal-liv tal-paternitàma għandux ikun soġġett għal kwalifika ta’ perjodu ta’ xogħol jew għal kwalifika ta’ tul ta’ żmien fis-servizz.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu d-dritt għal pagament jew benefiċċju soġġett għal perjodi ta’ impjieg preċedenti, li ma għandhomx jaqbżu s-6 xhur immedjatament qabel id-data mistennija tat-twelid tat-tarbija.
Il-liv tal-ġenituri
Kull ħaddiem għandu dritt individwali għal liv tal-ġenituri mħallas ta’ 4 xhur, li xahrejn minnhom mhumiex trasferibbli bejn il-ġenituri.
Tal-anqas xahrejn ta’ liv tal-ġenituri għal kull ġenitur għandhom jitħallsu f’livell adegwat.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu d-dritt għal-liv tal-ġenituri soġġett għal kwalifika ta’ perjodu ta’ xogħol jew għal kwalifika ta’ tul ta’ żmien fis-servizz, li ma għandux jaqbeż sena.
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li l-ħaddiema jkollhom id-dritt jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri b’mod flessibbli, bħal pereżempju fuq bażi part-time, jew f’perjodi li jalternaw ta’ liv separati b’perjodi ta’ xogħol.
Il-liv tal-persuni li jindukraw
Id-Direttiva tintroduċi regoli għall-persuni li jindukraw, jiġifieri ħaddiema li jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom li jkunu jeħtieġu appoġġ minħabba raġunijiet mediċi serji. Dawn ir-regoli jkopru wkoll l-indukrar għal persuna li tkun tgħix fl-istess dar mal-ħaddiem.
Kull persuna li tindokra hija intitolata li tieħu 5 ijiem ta’ xogħol fis-sena.
Arranġamenti tax-xogħol flessibbli
Il-ħaddiema li jkollhom tfal sa età speċifikata, iżda li jkollhom mill-inqas 8 snin, u l-persuni li jindukraw għandhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-finijiet ta’ indukrar.
Dawn l-arranġamenti jinkludu l-użu ta’ arranġamenti ta’ xogħol mill-bogħod, skedi ta’ xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol.
L-impjegaturi għandhom jindirizzaw dawn it-talbiet f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u jagħtu raġunijiet għar-rifjut jew il-posponiment ta’ tali arranġamenti.
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jagħmlu d-dritt għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli soġġett għal kwalifika ta’ perjodu ta’ xogħol jew għal kwalifika ta’ tul ta’ żmien fis-servizz. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż is-6 xhur.
Protezzjoni legali
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jintroduċi regoli li jiżguraw li:
il-ħaddiema jkunu protetti minn diskriminazzjoni u tkeċċija minħabba li jkunu applikaw għal, jew ikunu ħadu, liv relatat mal-familja jew arranġamenti tax-xogħol flessibbli;
il-ħaddiema li jqisu li jkunu tkeċċew abbażi tal-fatt li jkunu eżerċitaw tali drittijiet għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għat-tkeċċija;
ix-xogħol preċedenti u d-drittijiet miksuba jew li jkunu fil-proċess li jinkisbu qabel ma l-ħaddiem jieħu l-liv għandhom jinżammu wara l-liv.
Revoka
Id-Direttiva tħassar id-Direttiva 2010/18/UE dwar il-liv tal-ġenituri mit-.
MINN META BDIET TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Din ilha tapplika mill u għandha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat- (ħlief għall-ħlas tal-aħħar ġimagħtejn ta’ liv tal-ġenituri, li għalih l-iskadenza hija t-).
Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, , pp. 79-93)
DOKUMENTI RELATATI
Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat- li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, , pp. 13-20)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2010/18/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad- dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, , pp. 1-7)