Sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali — informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri tal-UE li għandhom informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini mhux tal-UE u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN)

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tapplika għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini mhux tal-UE b’kundanni* preċedenti f’wieħed mill-Istati Membri, biex jiġi ddeterminat liema Stat Membru ddeċieda s-sentenza. Dan japplika bl-istess mod għaċ-ċittadini tal-UE li għandhom ukoll ċittadinanza mhux tal-UE. L-informazzjoni dwar il-kundanna nnifisha tista’ tinkiseb biss mill-Istat Membru tal-kundanna.

L-arkitettura teknika tal-ECRIS-TCN tikkonsisti minn:

Att ta’ implimentazzjoni, Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2470, tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tal-ECRIS-TCN. Dan jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-ipproċessar ta’ data alfanumerika u ta’ marki tas-swaba’, il-kwalità tad-data, id-dħul tad-data, l-aċċess u l-kwalifika tal-ECRIS-TCN, iż-żamma u l-aċċessar ta’ reġistri u l-għoti ta’ statistika, flimkien ma’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u disponibbiltà tal-ECRIS-TCN.

Awtoritajiet ċentral* Nazzjonali għandhom joħolqu rekord ta’ data fl-ECRIS-TCN mill-aktar fis għal kull ċittadin mhux tal-UE li jikkundannaw. Dan ikun fih:

Awtoritajiet ċentrali nazzjonali jistgħu jużaw l-ECRIS-TCN biex jidentifikaw l-Istat Membru li għandu l-informazzjoni dwar rekord kriminali ta’ ċittadin mhux tal-UE, sabiex sussegwentement jiksbu informazzjoni fuq kundanni preċedenti ta’ individwu permezz tal-ECRIS, meta din tkun meħtieġa għal finijiet ta’ proċedimenti kriminali kontra dak l-individwu jew għal:

L-UPPE, il-Eurojust u l-Europol:

Pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitolbu lill-Eurojust għal informazzjoni dwar liema l-Istati Membri jistgħu jżommu rekords kriminali ta’ ċittadin mhux tal-UE kkonċernat, għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali biss. Jekk ikun hemm tqabbil, u l-Istat Membru kkonċernat jagħti l-kunsens tiegħu, il-Eurojust jinforma lill-pajjiż mhux tal-UE jew lill-organizzazzjoni internazzjonali dwar liema Stat Membru huwa kkonċernat, sabiex ikunu jistgħu jitolbu lil dak l-Istat Membru għall-estratti rilevanti mir-rekords kriminali.

data:

L-eu-LISA hija responsabbli għal:

L-Istati Membri huma responsabbli għal:

Individwu jew Stat Membru li qed isofri danni minn imġiba inkompatibbli mar-regolament jista’ jirċievi kumpens minn:

Iċ-ċittadini mhux tal-UE jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru biex jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom, il-korrezzjoni, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tagħha fuq l-użu tagħha.

Penali jew miżuri dixxiplinarji japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe użu ħażin ta’ data mdaħħla fl-ECRIS-TCN.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-data jissorvelja l-attivitajiet tal-eu-LISA dwar l-ipproċessar ta’ data personali u jipproduċi verifika tal-anqas kull tliet snin għall-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Kundanna. Kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra individwu u mdaħħla fir-rekords kriminali.
Awtorità Ċentrali. Awtorità ta’ rekords kriminali nazzjonali nnominata skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/83/ĠAI.
Tqabbil. Tqabbil bejn l-informazzjoni dwar l-identità rreġistrata fis-sistema ċentrali u dik użata għal tfittxija.
l-implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS. Software żviluppat mill-Kummissjoni u magħmul disponibbli għall-Istati Membri għall-iskambju ta’ data ta’ rekords kriminali permezz tal-ECRIS.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 1–26).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/816 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2470 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tekniku u l-implimentazzjoni tas-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) (ĠU L 322, 16.12.2022, pp. 107–121).

Ir-Regolament (UE) 2021/1133 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L 248, 13.7.2021, pp. 1–10).

Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 85–135).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 138–183).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99–137).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 39–98).

Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, pp. 1–71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1–71).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53–114).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1–88).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89–131).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, pp. 23–32).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, pp. 60–81).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.05.2023