Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali — informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi tal-UE li għandhom informazzjoni ta’ kundanna dwar ċittadini mhux tal-UE u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN)

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jistabbilixxi:

PUNTI EWLENIN

Il-leġiżlazzjoni tapplika għall-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-identità ta’ ċittadini mhux tal-UE b’kundanna* preċedenti f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE biex jiġi ddeterminat liema pajjiż tal-UE għadda s-sentenza. Dan japplika bl-istess mod għaċ-ċittadini tal-UE li għandhom ukoll ċittadinanza mhux tal-UE. L-informazzjoni dwar il-kundanna nnifisha tista’ tinkiseb biss mill-pajjiż tal-UE tal-kundanna bl-użu tal-ECRIS.

L-arkitettura teknika tal-ECRIS-TCN tikkonsisti minn:

L-awtoritajiet nazzjonali joħolqu rekord ta’ data fl-ECRIS-TCN mill-aktar fis għal kull ċittadin mhux tal-UE li jikkundannaw. Dan ikun fih:

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jużaw l-ECRIS-TCN biex jiksbu informazzjoni dwar kundanni preċedenti ta’ individwu meta din tkun meħtieġa għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali kontra dak l-individwu jew għal:

Il-Eurojust, il-Europol u l-UPPE:

Pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jindirizzaw talbiet lill-Eurojust għal għajnuna dwar informazzjoni ta’ rekords kriminali għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali. Jekk ikun hemm hit*, u l-pajjiż tal-UE kkonċernat jagħti l-kunsens tiegħu, il-Eurojust għandu jinforma lill-pajjiż mhux tal-UE jew lill-organizzazzjoni internazzjonali dwar liema pajjiż tal-UE huwa kkonċernat, sabiex huma jkunu jistgħu jitolbu lil dak il-pajjiż għall-estratti rilevanti mir-rekords kriminali.

Data:

L-eu-LISA hija responsabbli għal:

Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli għal:

Pajjiż individwali jew tal-UE li jsofri dannu minn imġiba inkompatibbli mar-Regolament jista’ jirċievi kumpens minn:

Iċ-ċittadini mhux tal-UE jistgħu jikkuntattjaw lill-awtorità ċentrali ta’ pajjiż tal-UE biex jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom, il-korrezzjoni, it-tħassir tagħha jew restrizzjoni fuq l-użu tagħha.

Penali jew miżuri dixxiplinarji japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe użu ħażin ta’ data mdaħħla fl-ECRIS-TCN.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jissorvelja l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-eu-LISA u jipproduċi verifika tal-anqas kull 3 snin għall-Parlament Ewropew, il-gvernijiet tal-UE u l-Kummissjoni.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-11 ta’ Ġunju 2019. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mill-aktar fis sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-ECRIS-TCN. Il-Kummissjoni jeħtiġilha tkun issodisfata li ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati qabel ma tiġi ddeterminata d-data li minnha l-pajjiżi tal-UE jistgħu jibdew idaħħlu d-data fl-ECRIS-TCN.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Kundanna: kwalunkwe deċiżjoni finali minn qorti kriminali kontra individwu u mdaħħla fir-rekords kriminali.
Hit: tqabbil bejn l-informazzjoni dwar l-identità rreġistrata fis-sistema ċentrali u dik użata għal tfittxija.
l-implimentazzjoni ta’ referenza tal-ECRIS: software żviluppat mill-Kummissjoni u magħmul disponibbli għall-pajjiżi tal-UE għall-iskambju ta’ data ta’ rekords kriminali permezz tal-ECRIS.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, pp. 1-26)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/816 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut tal-iskambju bejn l-Istati Membri, ta’ informazzjoni estratta mir-rekords kriminali (ĠU L 93, 7.4.2009, pp. 23-32)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 138-183)

Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 99-137)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, pp. 39-98)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, pp. 1-71)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, pp. 53-114)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1-88)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 89-131)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.04.2020