Is-sigurtà ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2017/2110 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din tistipula regoli għal sistema ta’ spezzjonijiet u operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Id-Direttiva tapplika għal dawn li ġejjin, li jġorru 12-il passiġġier jew aktar:

Spezzjonijiet

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jagħmlu spezzjonijiet kif ġej:

L-ispezzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti statutorji tal-pajjiż tal-UE kkonċernat, u jkopru s-subdiviżjoni u l-istabbiltà, il-makkinarju u l-installazzjonijiet elettriċi, it-tagħbija u l-istabbiltà, il-protezzjoni kontra n-nirien, l-għadd massimu ta’ passiġġieri, l-apparat tas-salvataġġ u l-ġarr ta’ oġġetti perikolużi, ir-radjukomunikazzjonijiet u n-navigazzjoni.

Tiġi vverifikata l-konformità ma’ dawn li ġejjin:

Il-lista ta’ kontroll tal-ispezzjoni tinkludi wkoll:

​​​​​​Għandu jkun hemm ukoll evidenza li l-ekwipaġġ irċieva taħriġ fi:

Dawn li ġejjin jiġu verifikati waqt spezzjonijiet f’servizz regolari:

Rettifika tan-nuqqasijiet

L-ispettur ifassal rapport, b’kopja li tmur għand il-kaptan tal-vapur. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiżguraw li kull nuqqas jiġi rettifikat. Il-kumpaniji għandhom id-dritt ta’ appell. Fejn in-nuqqasijiet ikunu perikolużi b’mod ċar għas-saħħa jew għas-sikurezza jew joħolqu periklu immedjat għas-saħħa jew għall-ħajja, l-inġenju jiġi soġġett għal ordni ta’ projbizzjoni tat-tluq sakemm in-nuqqas ikun ġie rrettifikat u l-periklu kollu evitat.

Spejjeż

Fejn l-ispezzjonijiet jikkonfermaw nuqqasijiet li jwasslu għal projbizzjoni tat-tluq, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet ser ikunu r-responsabbiltà tal-operatur.

MINN META BDIET TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2017. Il-pajjiżi tal-UE għandhom sal-21 ta’ Diċembru 2019 biex jittrasponu din il-leġiżlazzjoni fil-liġi nazzjonali u biex japplikawha wara dan.

SFOND

Id-Direttiva tissostitwixxi u tħassar id-Direttiva 1999/35/KE. Din temenda wkoll id-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll tal-Istat tal-port, billi testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.

Ara wkoll:

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 dwar sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, pp. 61-77)

DOKUMENT RELATAT

Id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, pp. 57-100)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/16/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament 22.05.2019