Regoli tal-UE dwar il-produzzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (mill-2021)

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2018/848 – dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Huwa għandu l-għan li jirrevedi u li jsaħħaħ ir-regoli tal-UE dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi b’rabta ma’:

B’dan il-mod, huwa jfittex li:

PUNTI EWLENIN

Ir-regolament iwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-produzzjoni u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi (Regolament (KE) Nru 834/2007) sabiex tkopri prodotti relatati mill-qrib mal-agrikoltura bħas-sufra, il-melħ, iż-żjut essenzjali, il-qoton jew is-suf.

Barra minn hekk, ir-regolament jarmonizza r-regoli applikabbli għall-operaturi organiċi ta’ pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE permezz tal-introduzzjoni tas-sistema ta’ konformità.

Huwa jissimplifika wkoll l-aċċess għall-iskema għal operaturi żgħar.

Huwa jirrevedi r-regoli dwar il-produzzjoni organika tal-bhejjem u jintroduċi regoligħal speċi ġodda bħall-fniek.

Prinċipji

Il-produzzjoni organika għandha:

Rekwiżiti

Fost affarijiet oħra, il-biedja organika għandha:

Produzzjoni

Biex jevitaw l-effetti ħżiena fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, il-produtturi għandhom:

Perjodu ta’ konverżjoni

Meta razzett ikun jixtieq jipproduċi prodotti organiċi, dan ikollu jgħaddi minn perjodu ta’ konverżjoni li matulu għandu jiġi ġestit skont ir-regoli tal-produzzjoni organika, għalkemm f’dan l-istadju l-prodotti tiegħu ma jitqisux li huma organiċi. Ikun jista’ biss iqiegħed il-prodotti tiegħu fis-suq bħala prodotti organiċi ladarba jintemm dan il-perjodu ta’ konverżjoni u jkunu ġie ċċekkjat.

Wara l-perjodu ta’ konverżjoni, kwalunkwe razzett tal-UE li jixtieq li jgħaddi għall-produzzjoni organika għandu jiġi ġestit għalkollox f’konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika.

Ir-regolament jippermetti wkoll irziezet imħallta (jiġifieri, mhux organiċi, fil-fażi ta’ konverżjoni u organiċi) diment li dawn l-attivitajiet ikunu separati b’mod ċar u ġenwinament.

Ċertifikazzjoni

L-operaturi (il-produtturi, il-proċessuri u d-distributuri) għandhom jinnotifikaw l-attivitajiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġu ċċertifikati uffiċjalment bħala li jikkonformaw mar-regoli dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi.

Ir-regolament jintroduċi sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni ta’ grupp* għal bdiewa żgħar tagħmlha aktar faċili għalihom li jaqilbu għall-biedja organika.

Kontrolli uffiċjali u tikkettar

Is-sistema ta’ kontrolli hija msaħħa permezz ta’ miżuri ta’ prekawzjoni aktar stretti u kontrolli sodi bbażati fuq ir-riskju tal-katina ta’ provvista. Fil-prinċipju, hemm verifiki fil-post fuq l-operaturi darba fis-sena. Madankollu, fejn il-kontrolli preċedenti ma jiżvelawx xi istanti ta’ nonkonformità fuq it-tliet snin preċedent, il-perjodu bejn żewġ spezzjonijiet fiżiċi fuq il-post jista’ jiġi estiż għal sentejn.

Jekk korp ta’ kontroll jissuspetta li operatur qed jipprova jqiegħed fis-suq prodott mhux awtorizzat bħala “organiku”, dan għandu jagħmel investigazzjoni formali u jipprojbixxi temporanjament it-tqegħid fis-suq ta’ dak il-prodott sakemm tintemm l-investigazzjoni. F’każ ta’ ksur serju u ripetut, l-operaturi jistgħu jiġu pprojbiti milli jbiegħu prodotti deskritti bħala organiċi għal perjodu speċifiku jew iċ-ċertifikat tagħhom jista’ jiġi rtirat.

Il-kontrolli speċifiċi fuq il-biedja organika se jkunu kkomplementati mir-regoli ġenerali tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali tul il-katina agroalimentari.

Importazzjonijiet

Prodott jista’ jiġi importat minn pajjiż li mhuwiex fl-UE sabiex jinbiegħ fl-UE bħala prodott organiku jekk ċerti kundizzjonijiet ikunu ssodisfati. Dan għandu:

Atti ta’ implimentazzjoni

Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni (UE) 2020/464 ljistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 rigward:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/279 jistabbilixxi r-regoli għal:

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022 (id-data tal-applikazzjoni tiegħu ġiet posposta b’sena mir-Regolament (UE) 2020/1693 fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tas-saħħa pubblika relatata). Huwa jissostitwixxi u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 834/2007.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM): pjanti jew annimali mrobbija billi tiġi mmodifikata l-istruttura ċellurali u ġenetika tagħhom, pereżempju, biex ikollhom rendiment ogħla jew biex jirreżistu l-mard.
Prodotti li jiġu prodotti minn jew permezz ta’ OĠM:

(a) il-prodotti li jiġu prodotti minn OĠM huma derivati kompletament jew parzjalment minn OĠM, iżda fihom infushom ma jkunux jinkludu OĠM jew jikkonsistu f’OĠM (eż. patata prodotta minn patata taż-żerriegħa OĠM);

(b) il-prodotti li jiġu prodotti permezz ta’ OĠM huma derivati bl-użu ta’ OĠM bħala l-aħħar organiżmu ħaj fil-proċess ta’ produzzjoni, iżda fihom infushom ma jkunux jinkludu jew jikkonsistu f’OĠM, u lanqas ma jkunu prodotti minn OĠM (eż. zokkor u lamtu manifatturati minn sors veġetali OĠM).

Ċertifikazzjoni: sistema ta’ ċertifikazzjoni li tidentifika l-produtturi li jikkonformaw mar-regoli li jirregolaw il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi. Minħabba li l-bdiewa żgħar individwalment jiffaċċaw spejjeż ta’ spezzjonijiet għolja u piżijiet amminstrattivi marbuta maċ-ċertifikazzjoni organika, sistema ta’ ċertifikazzjoni ta’ gruppi hija introdotta u definita, li tirrifletti l-bżonnijiet u l-kapaċità tar-riżorsi ta’ dawn il-bdiewa.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, pp. 1-92)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2018/848 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/464 tas-26 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi ċerti regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti meħtieġa għar-rikonoxximent retroattiv tal-perjodi għall-konverżjoni, il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi u l-informazzjoni li għandha tingħata mill-Istati Membri (ĠU L 98, 31.3.2020, pp. 2-25)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, pp. 1-142)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, pp. 1-23)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 22.03.2021