Imblukkar ġeografiku: l-indirizzar tat-trattament diskriminatorju tal-konsumaturi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2018/302 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Ir-Regolament ma japplikax għal:

Ir-Regolament ma japplikax għal servizzi ta’ kontenut protett mid-drittijiet tal-awtur — bħal servizzi tal-istrimjar tal-mużika, kotba elettroniċi, softwer u logħob vidjo — iżda dan se jiġi rivedut meta r-Regolament jiġi evalwat.

Aċċess għal interfaċċi online

Ir-Regolament jipprojbixxi l-imblukkar tal-aċċess għal siti web u għad-dirottar mingħajr il-kunsens minn qabel tal-klijent.

Anke jekk il-konsumatur jagħti l-kunsens għad-dirottar, il-verżjoni oriġinali li tkun ġiet aċċessata trid tibqa’ aċċessibbli.

Meta l-imblukkar, il-limitazzjoni tal-aċċess jew id-dirottar ikunu ġġustifikati mil-liġi tal-UE, jew mil-liġi nazzjonali skont il-liġi tal-UE, il-kummerċjanti jeħtiġilhom jipprovdu spjegazzjoni ċara lill-konsumaturi.

Kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-oġġetti jew għas-servizzi

Hemm 3 sitwazzjonijiet speċifiċi fejn kummerċjanti jistgħu ma japplikawx kundizzjonijiet ġenerali differenti ta’ aċċess għall-oġġetti jew għas-servizzi, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta’ residenza jew mal-lok tal-konsumatur, sakemm dan ma jikkonformax mal-liġi tal-UE, jew mal-liġi nazzjonali skont il-liġi tal-UE:

Mezz ta’ pagament

Il-kummerċjanti jibqgħu liberi li jaċċettaw kwalunkwe mezz ta’ pagament u marki ta’ kards li jixtiequ. Madanakollu, ma jistgħux jiddiskriminaw bejn l-istess mezzi ta’ pagament jew marka għal raġunijiet relatati ma’:

Il-kummerċjanti jitqiesu li qed jiddiskriminaw meta jirrifjutaw pagament, meta:

Madanakollu, il-kummerċjanti jistgħu jitolbu imposti għall-użu ta’ pagament permezz ta’ kard li għalih tariffi tal-kambju* ma jkunux koperti mir-regoli tal-UE dwar it-tariffi għal pagamenti permezz ta’ kard.

Ir-relazzjoni mad-dritt tal-kompetizzjoni u mal-bejgħ passiv

B’mod ġenerali, ir-regolament ma jaffettwax ir-regoli dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ftehimiet rigward bejgħ attiv* jibqgħu regolati mil-liġijiet tal-UE dwar l-eżenzjonijiet għal ftehimiet ta’ provvista u distribuzzjoni vertikali. Madankollu, ir-regolament dwar l-imblukkar ġeografiku japplika għall-bejgħ passiv*: ftehim restrittiv ma’ fornitur jeħtieġ li kummerċjant jittratta lill-konsumaturi minn pajjiżi oħra tal-UE b’mod differenti għal tali bejgħ, b’tali mod li huwa pprojbit mir-Regolament, mhuwiex permess u jrid jiġi injorat.

Reviżjoni

Il-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta rapport li jevalwa l-applikazzjoni tar-Regolament sa Marzu 2020 u kull 5 snin wara din id-data. L-ewwel rapport se jeżamina jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jistax jitwessa’.

META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu fis-seħħ mit-3 ta’ Diċembru 2018.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Imblukkar ġeografiku: prattika diskriminatorja ta’ kummerċjant li timpedixxi lill-konsumaturi onlajn milli jaċċessaw prodotti jew servizzi offruti fuq sit web stabbilit f’pajjiż ieħor u milli jixtru dawk il-prodotti jew servizzi, pereżempju billi jimblokka l-aċċess għal siti web bejn fruntiera għal oħra; ċaħda tal-possibbiltà li titlesta ordni, għax-xiri ta’ oġġetti jew servizzi meta wieħed jaċċessa sit web barra minn pajjiżu.
Tariffi tal-kambju: tariffi imposti minn bank tad-detentur tal-kard lil bank tal-bejjiegħ bl-imnut kull darba li konsumatur jagħmel tranżazzjoni ta’ xiri permezz ta’ kard.
Bejgħ attiv: fil-kuntest ta’ ftehimiet ta’ distribuzzjoni esklużiva, il-bejgħ isir billi l-konsumaturi individwali jiġu avviċinati f’territorju esklużiv ta’ distributur ieħor.
Bejgħ passiv: bejgħ b’rispons għal talbiet li ma jsirux minn konsumaturi li jinsabu f’territorju li fih il-kummerċjant mhuwiex attiv.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nri 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60I, 2.3.2018, pp. 1-15)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, pp. 36-68)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta’ April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta’ akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, pp. 1-7)

Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU L 123, 19.5.2015, pp. 1-15)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-Tielet Parti: Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1: Regoli li japplikaw għal impriżi — Artikolu 101 (ex-Artikolu 81 tat-TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 88-89)

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-Tielet Parti: Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u fuq l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1: Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1: Regoli li japplikaw għal impriżi — Artikolu 102 (ex-Artikolu 82 tat-TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 89)

l-aħħar aġġornament 16.10.2018