Ġlieda kontra t-terroriżmu - definizzjonijiet ta’ reati terroristiċi u appoġġ għall-vittmi

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva (UE) 2017/541 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Din għandha l-għan li tadatta l-liġi tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu fid-dawl tat-theddidiet terroristiċi li qed jevolvu u filwaqt li tqis in-natura internazzjonali tat-terroriżmu.

Din tistabbilixxi regoli minimi li jirrigwardaw id-definizzjonijiet tal-offiżi u s-sanzjonijiet relatati f’dan il-qasam.

Din tintroduċi wkoll miżuri ta’ protezzjoni, appoġġ u assistenza għall-vittmi.

Din tieħu post id-Deċiżjoni Qafas 2002/475/ĠAI bħala l-pilastru tar-rispons tal-ġustizzja kriminali tal-pajjiżi tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u temenda parti mid-Deċiżjoni 2005/671/ĠAI dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazjoni rigward ir-reati ta’ terroriżmu.

PUNTI EWLENIN

Definizzjoni ta’ reati teroristiċi

Id-direttiva tipprovdi lista eżawrjeti ta’ reati serji li l-pajjiżi tal-UE jridu jikklasifikawhom bħala reati terroristiċi fil-liġi nazzjonali tagħhom meta dawn ikunu twettqu jew meta jkun hemm theddida li jitwettqu għal skop terroristiku partikolari.

L-iskopijiet terroristiċi huma deskritti bħala xi wieħed mis-segwenti:

Reati relatati

Il-lista ta’ reati terroristiċi li l-pajjiżi tal-UE iridu jikkastigaw bħala reati kriminali, anki jekk ma jkunx effettivament twettaq reat terroristiku, hija estiża biex tkopri:

Karatteristiċi ġenerali

Dawn jinkludu:

Appoġġ għall-vittmi

META TAPPLIKA DIN ID-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mill-20 ta’ April 2017. Il-pajjiżi tal-UE jridu jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sat-8 ta’ Settembru 2018.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, pp. 6-21)

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 6 (eks Artikolu 6 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 19)

Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, pp. 39-50)

Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/42/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss għal skopijiet ta’ referenza.

Id-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (ĠU L 218, 14.8.2013, pp. 8-14)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni fir-rigward ta’ reati terroristiċi (ĠU L 253, 29.9.2005, pp. 22-24)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 164, 22.6.2002, pp. 3-7)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 20.02.2018