Kummerċ responsabbli ta’ minerali minn żoni ta’ riskju għoli jew ta’ kunflitt
SOMMARJU TA’:
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Ir-regolament tal-UE jimmira li:
PUNTI EWLENIN
F’żoni politikament instabbli, il-kummerċ ta’ minerali bħal-landa, tungstenu, tantalju u deheb jista’ jintuża biex jiffinanzja gruppi armati, iwassal għal xogħol furzat u abbużi oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem, u jappoġġja l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.
Dawn ’l hekk imsejħa minerali ta’ kunflitt imbagħad jintużaw fil-prodotti ta’ kuljum, fosthom fil-mowbajls u l-karozzi, jew fil-ġojjellerija.
Diliġenza dovuta
It-terminu diliġenza dovuta ifisser li azzjoni ssir b’attenzjoni raġjonevoli u li kwistjoni tiġi investigata qabel tittieħed deċiżjoni. Huwa proċess li għadu għaddej, proattiv u reattiv li permezz tiegħu, il-kumpaniji jimplimentaw sistemi u proċessi biex jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jirrappurtaw riskji fil-katina ta’ provvista tagħhom.
Għall-minerali koperti mir-regolament, ifisser li l-kumpaniji jridu jiċċekkjaw li dak li jixtru jrid jinkiseb b’mod responsabbli u b’tali mod li ma jikkontribwixxix għal kunflitt jew għal xi attività illegali oħra.
Kumpaniji li jipprattikaw diliġenza dovuta, l-ewwel jiċċekkjaw kemm hu riskjuż li tikseb materja prima minn żoni fraġli jew li huma affettwati minn kunflitt. Huma jassessjaw kemm hu probabbli l-fatt li dawk il-materji primi jkunu qegħdin jiffinanzjaw kunflitt, xogħol furzat jew riskji oħrajn stipulati fir-regolament. Billi jiċċekkjaw il-katina ta’ provvista tagħhom, jistgħu jiżguraw li jimmaniġġjaw dawk ir-riskji b’mod responsabbli.
Ir-regolament jibbaża fuq il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta tal-2011, li tistabbilixxi l-benchmark internazzjonali dwar id-diliġenza dovuta tal-katina ta’ provvista, u l-komunikazzjoni konġunta “Il-ksib b’mod responsabbli ta’ minerali li joriġinaw minn żoni affettwati mill-kunflitti u minn żoni ta’ riskju għoli: Lejn approċċ integrat tal-UE” tal-2014.
Skont ir-regolament, l-importaturi ta’ minerali tal-UE jridu:
L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi tal-UE jridu jwettqu verifiki biex jiżguraw li l-importaturi tal-UE ta’ minerali u metalli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta.
Skemi ta’ diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista
Gvernijiet, assoċjazzjonijiet tal-industrija u gruppi ta’ organizzazzjonijiet interessati fi skemi ta’ diliġenza dovuta fis-seħħ jistgħu japplikaw biex ikollhom l-iskema tagħhom rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropea bħala konformi mar-regolament.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru ta’ skemi ta’ diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista rikonoxxut, pubblikament disponibbli fuq l-internet, u lista ta’ funderiji u raffineriji responsabbli globali.
Linji gwida
F’konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-OECD, il-Kummissjoni sejra tħejji manwal għan-negozji, b’informazzjoni li tidentifika żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli.
Reviżjoni
Sal-1 ta’ Jannar 2023 u kull tliet snin minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-operat u l-effettività tas-sistema l-ġdida, u l-impatt tagħha, u għandha tipproponi miżuri ġodda biex tiżgura katina globali kontinwa u responsabbli ta’ provvista ta’ minerali.
MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
L-importaturi tal-UE se jkollhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti mir-regolament mill-1 ta’ Jannar 2021, iżda l-Kummissjoni Ewropea tinkoraġġixxi l-kumpaniji kollha li huma koperti mir-regolament biex jibdew iwettqu diliġenza dovuta qabel din id-data.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
TERMINI EWLENIN
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, pp. 1-20)
DOKUMENTI RELATATI
Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Il-provenjenza responsabbli ta’ minerali li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli: Lejn approċċ integrat tal-UE (JOIN(2014) 8 finali, 5.3.2014)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima: nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa (COM(2008) 699 finali, 4.11.2008)
l-aħħar aġġornament 07.12.2017