Kummerċ responsabbli ta’ minerali minn żoni ta’ riskju għoli jew ta’ kunflitt

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2017/821 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament tal-Unjoni Ewropea (UE) jimmira li:

PUNTI EWLENIN

Diliġenza dovuta

Skont ir-Regolament, l-importaturi tal-minerali tal-UE għandhom:

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE għandhom iwettqu verifiki biex jiżguraw li l-importaturi ta’ minerali u metalli tal-UE jikkonformaw mal-obbligi tagħhom ta’ diliġenza dovuta.

Skemi ta’ diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista

Linji gwida

F’konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-OECD, il-Kummissjoni ħejjiet linji gwida mhux vinkolanti għall-operaturi ekonomiċi li jispjegaw kif l-aħjar li jiġu applikati l-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli. Fl-Anness tagħha, ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2018/1149 tipprevedi linji gwida mhux vinkolanti għall-identifikazzjoni ta’ żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli u riskji oħra tal-katina tal-provvista skont ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Rieżami

Sal-1 ta’ Jannar 2023 u kull 3 snin minn dakinhar, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-operat, l-effettività u l-impatt tas-sistema l-ġdida, u se tipproponi miżuri ġodda biex tiżgura katina globali tal-provvista kontinwa u responsabbli għall-minerali.

Emenda għar-Regolament (UE) 2017/821

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/1588 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (UE) 2017/821 billi jistabbilixxi l-limiti ta’ volum għal minerali u konċentrati tat-tantalju jew nijobju, minerali u konċentrati tad-deheb, ossidi u idrossidi tal-landa, tantalati, u karburi tat-tantalju.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Funderiji u raffinaturi. Individwi jew negozji li jwettqu forom ta’ metallurġija estrattiva li jinvolvu passi ta’ pproċessar bil-għan li jipproduċu metall minn mineral.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta’ landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta’ riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, pp. 1–20).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2017/821 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/429 tal-11 ta’ Jannar 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodoloġija u l-kriterji għall-valutazzjoni u r-rikonoxximent ta’ skemi ta’ diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista li jikkonċernaw il-landa, it-tantalu, it-tungstenu u d-deheb (ĠU L 75, 19.3.2019, pp. 59–65).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1149 tal-10 ta’ Awwissu 2018 dwar linji gwida mhux vinkolanti għall-identifikazzjoni ta’ żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli u riskji oħra tal-katina tal-provvista skont ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 208, 17.8.2018, pp. 94–106).

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Il-provenjenza responsabbli ta’ minerali li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitti u f’żoni ta’ riskju għoli: Lejn approċċ integrat tal-UE (JOIN(2014) 8 final, 5.3.2014).

Dokument ta’ valutazzjoni ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni Parti I (Valutazzjoni tal-Impatt) li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta’ importaturi responsabbli tal-landa, tat-tantalju u tat-tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġina f’żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta’ riskju għoli (SWD(2014) 53 final, 5.3.2014).

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — L-inizjattiva tas-swieq tal-materja prima : nilħqu l-ħtiġijiet kritiċi tagħna għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa (KUMM(2008) 699 finali, 4.11.2008).

l-aħħar aġġornament 19.10.2021