L-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet għall-irkupru tad-dejn bejn il-pajjiżi tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 — l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-Regolament jimmira li jiffaċilita l-irkupru tad-dejn bejn il-pajjiżi tal-UE fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Huwa jistabbilixxi proċedura ġdida li tippermetti lill-qorti f’pajjiż tal-UE tiffriża l-fondi fil-kont tal-bank ta’ debitur f’pajjiż ieħor tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Proċedura Ewropea tiġi stabbilita meta kreditur ikun kapaċi jikseb Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet (EAPO) li timblokka fondi miżmuma mid-debitur f’kont jew f’kontijiet tal-bank f’pajjiż(i) ieħor/oħra tal-UE.

Kamp ta’ applikazzjoni

L-EAPO hija disponibbli għaċ-ċittadini u għan-negozji:

Din tapplika għal talbiet finanzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, minbarra l-kwistjonijiet li ġejjin:

Xi kategoriji ta’ kontijiet tal-bank protetti b’mod speċjali huma esklużi wkoll.

L-EAPO mhix disponibbli għal kredituri jew kontijiet tal-bank ibbażati fid-Danimarka jew fir-Renju Unit (1).

Proċedura għall-ksib ta’ EAPO

Rikonoxximent, eżegwibbiltà u infurzar tal-EAPO

Salvagwardji għad-debitur

Sabiex jiġi kkontrobilanċjat in-nuqqas ta’ smigħ minn qabel, hemm is-salvagwardji li ġejjin għad-debitur kontra l-użu abbużiv tal-EAPO:

Formoli

B’kollox hemm disa’ formoli ddedikati tal-EAPO. Il-kontenut tagħhom huwa stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1823.

Regoli ġenerali

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament ilu japplika mit-18 ta’ Jannar 2017 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 50 tiegħu, li ilu japplika mit-18 ta’ Lulju 2016. L-Artikolu 50 jikkonċerna l-informazzjoni li għadha trid tiġi fornuta mill-pajjiżi tal-UE, bħall-qrati li huma jaħtru biex joħorġu (Artikolu 6(4)) l-EAPOs u l-awtoritajiet biex jinfurzawhom.

SFOND

Ir-Regolament isegwi Green Paper dwar it-titjib tal-effiċjenza tal-infurzar tas-sentenzi fl-UE. Fiha, il-Kummissjoni Ewropea ddeskriviet kif il-frammentazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar l-infurzar taffettwa b’mod negattiv il-ġbir tad-dejn fl-UE, u osservat li fil-prattika, kreditur li jfittex li jirkupra pretensjoni monetarja fl-Ewropea jipprova jagħmel dan l-aktar billi jieħu azzjonijiet ta’ infurzar kontra l-kont tal-bank tad-debitur, u li tali proċeduri jeżistu fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 189, 27.6.2014, pp. 59-92)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1823 tal-10 ta’ Ottubru 2016 li jistabbilixxi l-formoli li ssir referenza għalihom fir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 283, 19.10.2016, pp. 1-48)

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, 10.12.2007, pp. 79-120)

L-emendi suċċessivi tar-Regolament (UE) Nru 1393/2007 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Il-Green Paper dwar it-titjib fl-effiċjenza tal-infurzar tas-sentenzi fl-Unjoni Ewropea: is-sekwestru ta’ kontijiet bankarji (COM(2006) 618 final, 24.10.2006)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (ĠU L 174, 27.6.2001, pp. 1-24)

Ara l-verżjoni konsolidata

l-aħħar aġġornament 04.12.2017



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.