Ċerti aspetti tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 — kodifikazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-dritt tal-kumpaniji dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tiġbor f’daqqa parti kbira tar-regoli tal-liġi dwar il-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea (UE) f’direttiva waħda. Din tkopri temi bħar-rekwiżiti tal-formazzjoni, tal-kapital kif ukoll tad-divulgazzjoni tagħhom u tal-operazzjonijiet (bħal merġers u diviżjonijiet) tal-kumpaniji.

Oriġinarjament, hija kkodifikat sitt direttivi preċedenti tal-liġi tal-kumpaniji tal-UE(id-Direttivi 82/891/KEE, 89/666/KEE, 2005/56/KE, 2009/101/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE).

Minn dak iż-żmien ’l hawn, din id-direttiva ġiet emendata mid-Direttiva 2019/1151 dwar l-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi dwar il-kumpaniji u mid-Direttiva 2019/2121fir-rigward ta’ konverżjonijiet, diviżjonijiet u merġers transkonfinali. Ġiet emendata speċifikament ukoll mid-Direttiva (UE) 2019/1023, sabiex tħalli l-Istati Membri jagħmlu eċċezzjonijiet minn ċerti artikoli tad-Direttiva (UE) 2017/1132, meta dan ikun meħtieġ biex jiġu stabbiliti oqsfa ta’ ristrutturar preventiv.

PUNTI EWLENIN

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tiġbor flimikien ir-regoli dwar it-temi li ġejjin:

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

SFOND

Il-kodifikazzjoni huwa l-proċess li permezz tiegħu jinġiebu flimkien att legali – jew żewġ atti relatati jew aktar – u l-emendi kollha relatati f’att ġdid uniku mingħajr l-introduzzjoni ta’ bidliet reali. Fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji, fejn ir-regoli rilevanti huma mifruxa f’ħafna atti legali differenti— bl-ewwel direttivi jmorru lura għas-sittinijiet u s-sebgħinijiet, u b’ħafna emendi jsiru minn dak iż-żmien ’l hawn — ma kienx faċli għall-utenti biex dawn ikollhom stampa ċara tal-liġi Ewropea f’dan il-qasam ta’ politika. Id-direttiva (UE) 2017/1132 tiġbor flimkien ir-regoli stabbiliti mid-direttivi revokati, mingħajr ma tibdel il-kontenut tagħhom jew iżżid regoli ġodda.

Għal iktar informazzjoni, ara:

TERMINI PRINĊIPALI

Kumpanija b’responsabililtà pubblika limitata. Kumpanija b’responsabbiltà limitata li offriet ishma lill-pubbliku ġenerali.
Kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Kumpanija b’kapital azzjonarju u b’personalità ġuridika li tħaddan assi separati li weħidhom iservu biex ikopru d-dejn tagħha.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva (EU) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (kodifikazzjoni) (ĠU L 169, 30.6.2017, pp. 46–127).

Emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2017/1132 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha biss valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu IV — Moviment liberu tal-persuni, servizzi u kapital — Kapitolu 2 — Id-dritt ta’ stabbiliment — Artikolu 50 (ex Artikolu 44 TEC) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 68).

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, pp. 1–88).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni: Id-dritt soċjetarju Ewropew u l-governanza korporattiva — qafas legali modern għal azzjonisti aktar impenjati u kumpaniji sostenibbli (COM(2012) 740 final, 12.12.2012).

l-aħħar aġġornament 02.02.2022