Refuġjati u persuni mingħajr stat — standards komuni għall-kwalifika

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2011/95/UE dwar standards komuni għall-kwalifika u l-protezzjoni internazzjonali ta’ refuġjati u persuni mingħajr stat

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Hija għandha l-għan li:

B’dan il-mod, hija tfittex li tillimita l-moviment bejn il-pajjiżi tal-UE tal-persuni kkonċernati minħabba d-differenzi fil-leġiżlazzjoni.

Id-direttiva tirrevedi u tissostitwixxi d-Direttiva 2004/83/KE, sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-każistika* tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ-UE) u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem .

PUNTI EWLENIN

L-għan u d-definizzjonijiet

Valutazzjoni tal-applikazzjonijiet

Kwalifika għal status ta’ refuġjat

Kwalifika għal protezzjoni sussidjarja

Id-“dannu serju” li ċittadin mhux tal-UE kkonċernat jirriskja li jsofri jekk huwa/hija jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat, lejn il-pajjiż ta’ residenza abitwali ta’ qabel tagħha, jinkludi:

Telf jew esklużjoni mill-istatus ta’ refuġjat jew protezzjoni sussidjarja

Id-direttiva telenka:

Kontenut tal-protezzjoni internazzjonali

Il-kontenut tal-istatus ta’ benefiċjarju ta’ protezzjoni sussidjarja jinġieb eqreb għal dak ta’ refuġjat, u b’hekk jelimina bil-kbir il-possibbiltà li l-pajjiżi tal-UE jillimitaw l-aċċess għal xi drittijiet għar-refuġjati biss.

Il-protezzjoni internazzjonali li għandha tingħata mill-pajjiż ospitanti tal-UE tinkludi d-drittijiet li ġejjin.

Pajjiżi li jaqgħu barra l-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva

L-Irlanda u r-Renju Unit għażlu li jibqgħu barra mid-direttiva, kif setgħu jagħmlu skont il-Protokoll 21 anness għat-Trattat ta’ Lisbona. Konsegwentement, huma jibqgħu jkunu marbuta bid-Direttiva 2004/83/KE.

Id-Danimarka la hija marbuta b’din id-direttiva u lanqas bid-direttiva preċedenti minħabba l-Protokoll 22 dwar il-pożizzjoni tagħha anness għat-Trattat ta’ Lisbona.

ID-DIRETTIVA META DAĦLET FIS-SEĦĦ?

Id-Direttiva 2011/95/UE tirrevedi u tissostitwixxi d-Direttiva 2004/83/KE. Ħafna mill-artikoli tad-Direttiva 2011/95/UE, li jirrelataw mal-aspetti li ma kinux koperti mid-Direttiva 2004/83/KE, ilhom japplikaw mit-22 ta’ Diċembru 2013. Ir-regoli l-ġodda li jinsabu fid-Direttiva 2011/95/UE kellhom isiru liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-21 ta’ Diċembru 2013.

SFOND

Magħrufa bħala d-“Direttiva dwar il-Kwalifika”, id-direttiva hija waħda mill-istrumenti ewlenin fi ħdan is-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEKA) flimkien mad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil, id-Direttiva dwar il-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza, ir-Regolament ta’ Dublin u r-Regolament EURODAC. Ta’ importanza wkoll huwa t-tisħiħ ta’ solidarjetà finanzjarja bir-regolament li jistabbilixxi Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni. Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea adottat komunikazzjoni li tniedi l-proċess għal riforma tas-SEKA.

TERMINI EWLENIN

Protezzjoni sussidjarja: protezzjoni internazzjonali għall-persuni li qed ifittxu ażil li ma jikkwalifikawx bħala refuġjati. Skont id-direttiva, dawn huma persuni li jekk jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom jiffaċċjaw riskju veru li jsofru “dannu serju” (iddefinit fit-test).
Każistika: il-liġi kif stabbilita mir-riżultat ta’ każijiet passati.
Refoulement: l-att li r-refuġjati jew il-persuni li jfittxu ażil (xi ħadd li t-talba tiegħu għal status ta’ refuġjat tkun għadha ma ġietx iddeterminata) jiġu sfurzati jirritornaw lejn pajjiż fejn x’aktarx se jiffaċċjaw persekuzzjoni.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, pp. 9-26)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u għat-tisħiħ ta’ rotot legali lejn l-Ewropa (COM(2016) 197 final, 6.4.2016)

Ir-Regolament (UE) 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168-194)

Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 60–95)

Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 96-116)

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 31-59)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 604/2013 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, pp. 1-30)

l-aħħar aġġornament 29.01.2018