Produzzjoni tal-istatistika tal-pestiċidi

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi

X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika tapplika għal:

Il-ġbir, it-trażmissjoni u l-ipproċessar tad-data

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiġbru d-data meħtieġa għall-ispeċifikazzjoni tal-karatteristiċi elenkati fl-Anness I fuq bażi annwali u għal dawk elenkati fl-Anness II f’perjodi ta’ 5 snin permezz ta’:

Imbagħad għandhom jittrażmettu r-riżultati lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) f’konformità mal-iskedi u l-frekwenza stabbiliti fl-annessi tar-regolament. Huma għandhom jippreżentaw id-data skont il-klassifikazzjoni fl-Anness III u l-format tekniku stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2014.

Kwalunkwe data kunfidenzjali għandha tintuża mill-awtoritajiet nazzjonali u mill-Kummissjoni (Eurostat) esklussivament għal finijiet statistiċi, skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea.

Valutazzjoni tal-kwalità

Il-pajjiżi tal-UE għandhom jissottomettu rapporti lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar il-kwalità tad-data sottomessa. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta wkoll il-kwalità tad-data.

Il-miżuri ta’ implimentazzjoni u l-kumitat

Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta leġiżlazzjoni ulterjuri għall-finijiet ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni tadatta regolarment il-lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu koperti u l-klassifikazzjoni tagħhom fil-kategoriji ta’ prodotti u l-klassijiet kimiċi, kif stabbilit fl-Anness III tar-regolament. Il-Kummissjoni hija megħjuna u tirċievi pariri mill-Kumitat Ewropew għas-Sistema Statistika, li jinkludi lill-esperti nazzjonali.

Rapport

Kull 5 snin, il-Kummissjoni se tirrapporta għand il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-regolament. Minbarra li jevalwa l-kwalità tad-data trażmessa, ir-rapport se jirrevedi l-metodi ta’ ġbir tad-data, il-piż fuq in-negozji, l-azjendi agrikoli u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, kif ukoll l-utilità tal-istatistika fl-ilħuq tal-objettivi tar-regolament. Il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport tagħha fl-2017.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mit-30 ta’ Diċembru 2009.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (ĠU L 324, 10.12.2009, pp. 1-22)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1264/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 408/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 341, 27.11.2014, pp. 6–8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-lista ta’ sustanzi attivi (ĠU L 180, 8.7.2011, pp. 3-38)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta’ April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 108, 28.4.2011, pp. 21-22)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (COM(2017) 109 final, 3.3.2017)

Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 71-86)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, pp. 1-50)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, pp. 164–173)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 27.11.2017