Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 — l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-regolament ikopri statistika dwar:
Ikopri wkoll il-kumpilazzjoni ta’ previżjonijiet ta’ produzzjoni għaċ-ċanga, vitella, laħam tal-majjal, laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż.
Statistika dwar il-bhejjem
Kopertura u kategoriji
Il-pajjiżi tal-UE għandhom jipproduċu statistika dwar in-numru ta’ annimali bovini, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż miżmuma f’azjendi agrikoli fit-territorju tagħhom. Dawk li jagħmlu stħarriġiet kampjunarji għandhom ikopru biżżejjed azjendi agrikoli biex jieħdu in kunsiderazzjoni tal-anqas 95 % tal-popolazzjoni sħiħa, kif stabbilit mill-aħħar stħarriġ dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli. Il-kategoriji li għalihom tiġi pprodotta statistika huma stipulati fl-Anness II għar-Regolament.
Frekwenza u perjodu ta’ referenza
Statistika dwar nagħaġ u mogħoż tiġi pprodotta darba fis-sena, filwaqt li għall-annimali bovini u l-ħnieżer tiġi prodotta darbtejn fis-sena. L-eċċezzjoni hija l-pajjiżi fejn il-popolazzjoni ta’ ċertu tip ta’ annimal hija anqas minn limitu partikolari, fejn ma tiġix prodotta statistika għan-nagħaġ u l-mogħoż u fejn tiġi prodotta darba fis-sena biss għall-annimali tal-ifrat u l-ħnieżer.
Preċiżjoni
Il-pajjiżi tal-UE li jagħmlu stħarriġiet kampjunarji għandhom jiżguraw li r-riżultati estrapolati ta’ stħarriġiet nazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni fl-Anness III tar-Regolament.
Fejn pajjiżi jużaw sors amministrattiv, dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) dwar il-metodoloġija tagħhom u l-kwalità tad-data.
Meta jintużaw sorsi li mhumiex stħarriġ, l-informazzjoni miksuba għandha tkun tal-anqas tal-istess kwalità bħall-informazzjoni miksuba minn stħarriġiet statistiċi.
L-iskadenzi tat-trasmissjoni
Ir-regolament jistabbilixxi skadenzi sa meta pajjiżi tal-UE jridu jibagħtu statistika tal-bhejjem provviżorja u definittiva lill-Kummissjoni.
Statistika reġjonali
L-istatistika ta’ Novembru/Diċembru trid tinqasam fl-unitajiet territorjali NUTS 1 u NUTS 2 kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, u fl-unitajiet territorjali NUTS 1 biss għall-Ġermanja u r-Renju Unit (1). Jekk dawn l-unitajiet territorjali flimkien jikkostitwixxu 5 % jew anqas tal-popolazzjoni nazzjonali tal-annimali rilevanti, din l-istatistika mhijiex obbligatorja għal unitajiet territorjali li għandhom anqas minn:
Statistika tal-qtil
Kopertura u kategoriji
Kull pajjiż tal-UE jrid jipproduċi statistika li tirrelata man-numru u l-piż tal-karkassa tal-annimali bovini, tal-ħnieżer, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur maqtula f’biċċeriji fit-territorju tiegħu u li l-laħam tagħhom huwa meqjus tajjeb biex jittiekel min-nies. Dan għandu jipprovdi wkoll stimi tal-estent ta’ qtil li ma jsirx f’biċċeriji, sabiex l-istatistika tinkludi l-annimali tal-ifrat, il-ħnieżer, in-nagħaġ, il-mogħoż u t-tjur kollha maqtula fit-territorju tiegħu. Il-kategoriji li għalihom trid tiġi prodotta statistika huma elenkati fl-Anness IV tar-Regolament.
Frekwenza u trasmissjoni
L-istatistika dwar il-qtil f’biċċeriji għandha tiġi prodotta kull xahar u għandha tiġi trasmessa lill-Eurostat fi żmien 60 ġurnata.
Previżjonijiet tal-produzzjoni tal-laħam
Kopertura
Il-pajjiżi tal-UE jridu jużaw l-istatistika tal-bhejjem u l-qtil u informazzjoni disponibbli oħra biex jipproduċu previżjonijiet tal-provvista tagħhom ta’ annimali tal-ifrat, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż. Din il-provvista trid tiġi espressa bħala l-produzzjoni indiġena grossa, li tikkorrispondi għan-numru ta’ annimali bovini, ħnieżer, nagħaġ u mogħoż maqtula flimkien mal-bilanċ tal-kummerċ fl-UE u l-kummerċ estern f’dawn l-annimali ħajjin. Previżjonijiet jiġu prodotti għall-kategoriji elenkati fl-Anness V tar-regolament.
Frekwenza, perjodi ta’ referenza u skadenzi ta’ trasmissjoni
Ir-regolament jistipula l-frekwenza, il-perjodi ta’ referenza li jridu jiġu koperti mill-previżjonijiet skont it-tip ta’ annimal u l-iskadenzi li sad-data tagħhom il-pajjiżi tal-UE jridu jittrasmettu l-previżjonijiet tal-produzzjoni tal-laħam lill-Eurostat.
Regoli ġenerali
Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, pp. 1-13)
Emendi li saru wara għar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, pp. 1-41)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 15.01.2018
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.