Inizjattivi reċenti biex tissaħħaħ l-unjoni ekonomika u monetarja

 

SOMMARJU TA’:

Komunikazzjoni (COM(2017) 821 final) — aktar passi lejn it-tlestija tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-Ewropa: pjan direzzjonali

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

Il-komunikazzjoni:

Il-pajjiżi tal-UE huma meħtieġa jaħdmu mill-qrib flimkien biex jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom għall-ġid komuni tal-UE kollha. Dan ir-rekwiżit huwa stabbilit fl-Artikoli 2, 5 u 119 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

PUNTI EWLENIN

Il-komunikazzjoni tidentifika inizjattivi li għandhom jittieħdu fl-2018 u fl-2019. Dawn l-inizjattivi huma parti minn aġenda usa’ stabbilita mid-Dokument ta’ Riflessjoni dwar l-approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja li fih il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet pjan direzzjonali għat-tlestija tal-UEM sal-2025.

Il-komunikazzjoni titlob għal progress fi tliet oqsma:

1. L-Unjoni Finanzjarja

2. L-unjoni ekonomika u monetarja

Fl-aħħar snin, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika ġie msaħħaħ bi gwida iktar ċara għaż-żona tal-euro kollha kemm hi u b’enfażi aktar b’saħħitha fuq aspetti soċjali. Il-Kummissjoni se tkompli:

Il-Kummissjoni qed tipproponi xi ideat leġiżlattivi konkreti f’dan ir-rigward:

3. Responsabbiltà demokratika u governanza msaħħa

L-integrazzjoni ta’ trattati intergovernattivi fil-liġi tal-UE tgħin ukoll biex tissaħħaħ l-effiċjenza istituzzjonali, it-trasparenza u r-responsabilità (sa nofs l-2019). Din għandha tippermetti monitoraġġ kontinwu u mtejjeb bħala parti mill-proċessi tal-governanza tal-ekonomija tal-UE. Għalhekk il-Kummissjoni qed tadotta:

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qiegħda tressaq:

Il-Kummissjoni, fl-2015, diġà kienet ressqet pjan direzzjonali biex timxi lejn rappreżentanza esterna aktar konsistenti taż-żona tal-euro f’fora internazzjonali kif ukoll proposta għar-rappreżentazzjoni magħquda taż-żona tal-euro fil-Fond Monetarju Internazzjonali.

Għal terminu itwal (wara l-2019), elementi oħra jistgħu jiġu kkunsidrati. Dawn jistgħu jinkludu:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Xokk asimetriku: meta avveniment ekonomiku jaffettwa l-ekonomija ta’ pajjiż wieħed tal-UE jew parti minn dik l-ekonomija aktar minn oħra.
Riżerva ta’ prestazzjoni: Il-pajjiżi tal-UE għandhom jiksbu ċerti miri u objettivi intermedji sabiex jirċievu allokazzjoni ta’ fondi bħala premju.
Titoli koperti minn bonds sovrani (SBBS): ġabra diversifikata ta’ bonds sovrani taż-żona tal-euro li jinkludu bonds sovrani (titoli ta’ dejn maħruġa minn gvernijiet nazzjonali) mill-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro skont il-valur ekonomiku tagħhom. Meta jixtru SBBS appoġġjati minn dik il-ġabra, l-investituri jistgħu jagħżlu li jixtru t-titoli ta’ riskju ogħla jew ta’ riskju baxx, skont l-aptit għar-riskju tagħhom. It-titoli tal-ogħla riskju jkunu min tal-ewwel li jġorru kwalunkwe telf fil-ġabra sottostanti jekk ikun il-każ, iżda bħala kumpens għal dan ir-riskju jiżguraw qligħ ogħla għall-investituri.
Esponimenti sovrani: l-esponiment għar-riskju li l-investitur jiffaċċja meta jinvesti f’bonds sovrani, bħal per eżempju jekk il-gvern li joħroġ il-bonds inkwistjoni ma jonorax il-ħlas lura tad-dejn tiegħu.

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew — Aktar passi lejn it-tlestija tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa: Pjan Direzzjonali (COM(2017) 821 final, 6.12.2017)

DOKUMENTI RELATATI

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — L-Ewwel Parti — Prinċipji — Titolu I — Kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni — Artikolu 2 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 50).

Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — L-Ewwel Parti — Prinċipji — Titolu I — Kategoriji u oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni — Artikolu 5 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 52).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — it-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Artikolu 119 (ex Artikolu 4 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 96-97)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti (COM(2018) 387 final, 31.5.2018)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Appoġġ għal Riformi (COM(2018) 391 final, 31.5.2018)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titoli koperti minn bonds sovrani (COM(2018) 339 final, 24.5.2018)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew: Ministru Ewropew tal-Ekonomija u l-Finanzi (COM(2017) 823 final, 6.12.2017)

Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tar-responsabbiltà fiskali u l-orjentazzjoni baġitarja fuq perjodu medju fl-Istati Membri (COM(2017) 824 final, 6.12.2017)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/825 biex jiżdied il-pakkett finanzjarju tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u li jadatta l-objettiv ġenerali tiegħu (COM(2017) 825 final, 6.12.2017)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri (COM(2017) 826 final, 6.12.2017)

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Fond Monetarju Ewropew (COM(2017) 827 final, 6.12.2017)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (COM(2015) 586 final, 24.11.2015)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew: Pjan ta’ direzzjoni lejn rappreżentanza esterna aktar konsistenti taż-Żona tal-Euro f’fora internazzjonali (COM(2015) 602 final, 21.10.2015)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri bl-għan li tiġi stabbilita progressivament rappreżentanza unifikata taż-Żona tal-Euro fil-Fond Monetarju Internazzjonali (COM(2015) 603 final, 21.10.2015)

Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, pp. 1-90)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (COM(2010) 250 final, 12.5.2010)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew — Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2008) 800 final, 26.11.2008)

l-aħħar aġġornament 17.07.2018