It-Trattat ta’ Brussell (It-Trattat li Jgħaqqad)

 

SOMMARJU TA’:

Trattat li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej

X’KIEN L-GĦAN TAT-TRATTAT?

It-Trattat ta’ Brussell li jistabbilixxi Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda tal-Komunitajiet Ewropej (magħruf bħala “t-Trattat li Jgħaqqad”) ġie ffirmat bl-intenzjoni espliċita li jgħaqqad it-3 Komunitajiet Ewropej eżistenti f’dak iż-żmien (KE) — il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), il-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (KEEA jew aktar komunement magħrufa bħala “Euratom”).

Filwaqt li żammet it-3 komunitajiet legalment indipendenti, it-Trattat li Jgħaqqad irrazzjonalizza l-istituzzjonijiet tagħhom billi għaqqad il-korpi eżekuttivi tagħhom li kienu għadhom indipendenti - b’hekk ġab l-għadd ta’ istituzzjonijiet Ewropej komuni għal 5 - u emenda t-3 trattati komunitarji bix-xieraq.

PUNTI EWLENIN

Kunsill wieħed u Kummissjoni waħda

Baġit amministrattiv wieħed għall-KE

Amministrazzjoni waħda għall-KE

Is-sedi tal-istituzzjonijiet tal-KE

MINN META JAPPLIKA T-TRATTAT?

Iffirmat fit-8 ta’ April 1965, ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 1967.

SFOND

Qabel it-Trattat li Jgħaqqad, it-3 Komunitajiet Ewropej diġà kellhom xi istituzzjonijiet komuni bis-saħħa tal-Konvenzjoni tal-1957 dwar ċerti istituzzjonijiet komuni għall-Komunitajiet Ewropej: l-Assemblea Parlamentari (aktar tard issir il-Parlament Ewropew), il- Qorti tal-Ġustizzja u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

It-Trattat li Jgħaqqad kien pass importanti lejn l-UE moderna. It-trattat ġie revokat — bl-eċċezzjoni tal-Protokoll tat-8 ta’ April 1965 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej — bit-Trattat ta’ Amsterdam iffirmat fit-2 ta’ Ottubru 1997 li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 1999.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Trattat li jistabbilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU 152, 13.7.1967, pp. 2-17 (DE, FR, IT, NL))

Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 266-272)

DOKUMENTI RELATATI

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea

Emendi suċċessivi għat-trattat ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss bħala referenza.

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Il-Konvenzjoni dwar ċerti istituzzjonijiet komuni għall-Komunitajiet Ewropej

Trattat ta’ Amsterdam li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti relatati (ĠU C 340, 10.11.1997, pp. 1-144)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.03.2018