Trattat dwar il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom)

 

SOMMARJU TA’:

Trattat dwar il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

X’INHU L-GĦAN TAT-TRATTAT?

Kif jirriżulta mill-kliem tat-Titolu II tiegħu, l-għan tat-Trattat Euratom huwa li “jħeġġeġ il-progress fil-qasam tal-enerġija nukleari”.

B’mod partikolari, l-għan huwa, fi ħdan suq komuni tal-enerġija nukleari:

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

It-trattat huwa strettament limitat għal użi ċivili (mhux militari) tal-enerġija nukleari.

Struttura tat-trattat

It-Titolu I jistabbilixxi 8 kompiti fdati lill-Euratom li t-Titolu II jelabora b’regoli speċifiċi:

Titoli III u IV jikkonċernaw l-istituzzjonijiet u l-finanzi:

Il-ħames u s-sitt titoli jittrattaw rispettivament ir-regoli ġenerali u r-regoli relatati mal-perjodu inizjali (twaqqif tal-istituzzjonijiet, regoli tal-applikazzjoni inizjali u regoli tranżitorji).

It-trattat jinkludi wkoll ħames annessi li jittrattaw:

MINN META JAPPLIKA T-TRATTAT?

Iffirmat fil-25 ta’ Marzu 1957, it-trattat daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1958.

SFOND

It-Trattat dwar il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika (EAEC, magħruf aħjar bħala “Euratom”) ġie ffirmat f’Ruma fl-1957, flimkien mat-trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE), mis-sitt pajjiżi fundaturi tal- Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA). It-Trattati tal-KEE u l-KEEA kultant jissejħu t-“Trattati ta’ Ruma”, filwaqt li “t-Trattat ta’ Ruma” jiddeżinja t-Trattat tal-KEE.

B’differenza mit-Trattat tal-KEE, qatt ma saru tibdiliet kbar lit-Trattat Euratom, li jibqa’ fis-seħħ. B’mod partikolari, Euratom ma ngħaqadx mal-Unjoni Ewropea u għalhekk iżomm personalità ġuridika separata, għalkemm għandu l-istess sħubija.

Flimkien mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE), it-Trattat Euratom jifforma parti mil-liġi primarja tal-UE bħala wieħed mit-trattati attivi tagħha.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Trattat dwar il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, tal- 25 ta’ Marzu 1957 — verżjoni kkonsolidata (ĠU C 203, 7.6.2016, pp. 1-112)

DOKUMENTI RELATATI

Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika tal-25 ta’ Marzu 1957 (mhux ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali)

Trattat li Jgħaqqad tat-8 ta’ April 1965 (ĠU 152, 13.7.1967, p. 2-17 (DE, FR, IT, NL))

Trattat ta’ Maastricht tas-7 ta’ Frar 1992 (ĠU C 191, 29.7.1992, pp. 1-112)

It-Trattat ta’ Lisbona, tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 306, 17.12.2007, pp. 1-271)

l-aħħar aġġornament 25.05.2018