Tagħmir aktar sigur u li jniġġes inqas fuq vapuri tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

Direttiva 2014/90/UE dwar tagħmir tal-baħar

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Id-Direttiva tfittex li:

Timponi kundizzjonijiet addizzjonali fuq l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tat-tagħmir fuq vapuri li jtajru l-bandiera tagħhom (skont konvenzjonijiet internazzjonali), meta joħorġu, japprovaw jew iġeddu ċ-ċertifikati.

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni Ewropea adottat l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

MINN META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Din ilha tapplika mis-17 ta’ Settembru 2014 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sat-18 ta’ Settembru 2016.

SFOND

Konvenzjonijiet internazzjonali dwar is-sikurezza marittima jeħtieġu li l-pajjiżi jiżguraw li t-tagħmir fuq vapuri li jbaħħru taħt il-bandiera tagħhom jissodisfaw ċerti standards ta’ disinn, ta’ kostruzzjoni u ta’ prestazzjoni.

Madankollu, il-pajjiżi jingħataw grad sinifikanti ta’ diskrezzjoni fil-mod kif jagħmlu dan. Dan jista’ jwassal għal livelli differenti ta’ sigurtà u jista’ jfixkel il-fluss liberu tal-merkanzija madwar l-UE.

Bl-implimentazzjoni ta’ regoli standardizzati ta’ ċertifikazzjoni tal-UE, dawn il-problemi jiġu evitati u s-suq uniku jaħdem kif kien iddisinjat jagħmel. Barra minn hekk, l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ta’ vapuri li jġorru l-bandiera ta’ pajjiż tal-UE jistgħu jkunu ċerti li t-tagħmir immarkat bit-tmun abbord ġie ttestjat u ċċertifikat skont l-istandards ta’ sigurtà u ambjentali applikabbli.

DOKUMENT EWLIENI

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, pp. 146-185)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2014/90/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1170 tas-16 ta’ Lulju 2020 dwar id-disinn, il-kostruzzjoni u l-prestazzjoni u l-istandards tal-ittestjar għat-tagħmir tal-baħar u li jħassar ir-Regolament (UE) 2019/1397, (ĠU L 264, 12.8.2020, pp. 1-269)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/608 tad-19 ta’ April 2018 li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi għat-tikketti elettroniċi tat-tagħmir tal-baħar (ĠU L 101, 20.4.2018, pp. 64-67)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/414 tad-9 Jannar 2018 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-identifikazzjoni ta’ oġġetti speċifiċi tat-tagħmir tal-baħar li jistgħu jibbenefikaw mit-tikkettar elettroniku (ĠU L 75, 19.3.2018, pp. 3-17)

l-aħħar aġġornament 08.10.2020