It-takografi fit-trasport bit-triq

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 165/2014 — regoli dwar takografi fit-trasport bit-triq

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

It-takografi jridu jkunu installati fil-vetturi kollha ’l fuq minn 3.5 tunnellati li jittrasportaw il-merkanzija bit-triq, u f’vetturi li jistgħu jġorru aktar minn disa’ persuni (inkluż is-sewwieq), b’ċerti eċċezzjonijiet. Mill-1 ta’ Lulju 2026, it-takografi se jkollhom jiġu installati wkoll f’vetturi ta’ aktar minn 2.5 tunnellati.

It-takografi diġitali jirreġistraw id-data segwenti:

It-takografi analoġiċi jridu jirreġistraw mill-inqas id-distanza, il-veloċità, il-ħin u l-attività tas-sewwieq.

L-aċċess għad-data tat-takografu jista’ jingħata f’kull ħin lill-awtorità ta’ kontroll u lill-operatur tat-trasport ikkonċernat.

Tintwera l-informazzjoni li ġejja:

It-takografi diġitali javżaw lis-sewwieqa li jkunu se jaqbżu l-ħin tas-sewqan kontinwu massimu permess, sabiex jgħinhom jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni.

L-ipproċessar tad-data personali jrid isir biss biex tiġi vverifikata l-konformità ma’ dan ir-regolament u regolamenti oħrajn rilevanti.

Takografi intelliġenti

Approvazzjoni tat-tip

It-tagħmir tat-takografu huwa soġġett għall-approvazzjoni tat-tip li tingħata minn korpi maħtura mill-pajjiżi tal-UE fuq il-bażi tal-funzjonalità, l-interoperabbiltà, il-konformità u s-sigurtà.

Installazzjoni

It-tagħmir tat-takografu jista’ jiġi installat biss minn fitters jew kumpaniji approvati mill-awtoritajiet rilevanti ta’ kull pajjiż tal-UE, u komponenti u kwalunkwe konnessjoni vulnerabbli jridu jiġu ssiġillati kif xieraq għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

It-takografu jrid jiġi spezzjonat mill-inqas kull sentejn.

Barra minn hekk, ir-Regolament emendatorju (UE) Nru 2020/1054 jirrikjedi:

Kards tas-sewwieqa u folji ta’ reġistrazzjoni

Skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014

Skont ir-Regolament emendatorju (UE) 2020/1054, il-folja ta’ reġistrazzjoni jew il-kard tas-sewwieq ma jridux jiġu rtirati qabel tmiem il-perjodu ta’ ħidma ta’ kuljum sakemm l-irtirar tagħhom ma jkunx awtorizzat mod ieħor jew meħtieġ biex jiddaħħal is-simbolu tal-pajjiż wara li jkun qasam fruntiera.

Konformità

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Takografu: tagħmir installat fil-vetturi tat-triq sabiex juri, jirreġistra, jistampa, jaħżen u joħroġ dettalji dwar il-moviment, inkluża l-veloċità, ta’ tali vetturi, kif ukoll ċerti perjodi ta’ attività tas-sewwieqa tagħhom.
Avveniment: operazzjoni mhux normali li nqabdet mit-takografu diġitali li tista’ tirriżulta minn tentattiv ta’ frodi.
Ħsara: operazzjoni mhux normali li nqabdet mit-takografu diġitali li tista’ tirriżulta minn funzjonament ħażin jew ħsara tal-apparat.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, pp. 1-33)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 165/2014 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/799 tat-18 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni, l-operazzjoni u t-tiswija ta’ takografi u l-komponenti tagħhom (ĠU L 139, 26.5.2016, pp. 1-506)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/68 tal-21 ta’ Jannar 2016 dwar il-proċeduri u l-ispeċifikazzjonijiet komuni meħtieġa għall-interkonnessjoni tar-reġistri elettroniċi tal-kards tas-sewwieqa (ĠU L 15, 22.1.2016, pp. 51-68)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 07.10.2020